Int Kif Tħares Lejn il-Bibbja?
Taħseb li hi . . .
-
ktieb taʼ għerf tal-bniedem?
-
ktieb taʼ ħrejjef u leġġendi?
-
l-Kelma t’Alla?
X’TGĦID IL-BIBBJA?
“L-Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla.”—2 Timotju 3:16, Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida.
X’JISTAʼ JFISSER DAN GĦALIK?
Tweġibiet sodisfaċenti għall-mistoqsijiet importanti tal-ħajja.—Proverbji 2:1-5.
Gwida taʼ min joqgħod fuqha għall-ħajja taʼ kuljum.—Salm 119:105.
Tama vera għall-futur.—Rumani 15:4.
NISTGĦU VERAMENT NEMMNU DAK LI TGĦID IL-BIBBJA?
Iva, minn tal-inqas għal tliet raġunijiet:
-
F’armonija perfetta. Il-Bibbja nkitbet tul perijodu taʼ 1,600 sena minn madwar 40 individwu differenti. Ħafna minnhom qatt ma ltaqgħu maʼ xulxin. Madankollu, il-ktieb kollu hu f’armonija u għandu tema waħda prinċipali.
-
Kittieba onesti. Spiss, il-kittieba tal-istorja jsemmu biss ir-rebħiet tal-poplu tagħhom. B’kuntrast, il-kittieba tal-Bibbja b’mod sinċier kitbu kemm in-nuqqasijiet persunali tagħhom kif ukoll dawk tal-ġens tagħhom.—2 Kronaki 36:15, 16; Salm 51:1-4.
-
Profeziji taʼ min joqgħod fuqhom. Il-Bibbja bassret il-qerda tal-belt taʼ Babilonja tal-qedem madwar 200 sena minn qabel. (Isaija 13:17-22) Ma wrietx biss il-mod kif kienet se taqaʼ Babilonja imma saħansitra wkoll l-isem taʼ min rebaħha!—Isaija 45:1-3.
Għadd kbir taʼ profeziji Bibliċi oħrajn ukoll twettqu sal-inqas dettall. Imma mhux hekk tistenna mill-Kelma t’Alla?—2 Pietru 1:21.
AĦSEB DWAR DAN
Il-Kelma t’Alla kif tistaʼ ttejjiblek ħajtek?
Il-Bibbja twieġeb din il-mistoqsija f’ISAIJA 48:17, 18 u t-2 TIMOTJU 3:16, 17.