Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

MISTOQSIJA 5

X’inhu l-messaġġ tal-Bibbja?

“Inqanqal għadwa bejnek u bejn il-mara u bejn nislek u nisilha. Hu jisħaqlek rasek u int tisħaqlu għarqubu.”

Ġenesi 3:15

“Permezz taʼ nislek il-ġnus kollha taʼ l-art se jitbierku minħabba l-fatt li int smajt minn kliemi.”

Ġenesi 22:18

“Ħa tiġi saltnatek. Ħa jkun li trid int, kif fis-sema, ukoll fuq l-art.”

Mattew 6:10

“Min-naħa tiegħu, l-Alla li jagħti l-paċi dalwaqt jgħaffeġ lil Satana taħt saqajkom.”

Rumani 16:20

“Meta kollox ikun ġie suġġettat għalih, imbagħad l-Iben innifsu wkoll jissottometti ruħu lejn Dak li ssuġġettalu kollox, biex Alla jkun kollox għal kulħadd.”

1 Korintin 15:28

“Issa l-wegħdi ntqalu lil Abraham u lil nislu . . . , li hu Kristu. Barra minn hekk, jekk intom taʼ Kristu, intom tassew nisel Abraham.”

Galatin 3:16, 29

“Is-saltna tad-dinja saret is-saltna tal-Mulej tagħna u tal-Kristu tiegħu, u hu jsaltan għal dejjem taʼ dejjem.”

Rivelazzjoni 11:15

“Għalhekk, twaddab għal isfel id-dragun il-kbir, is-serp oriġinali, dak li hu msejjaħ Xitan u Satana, li qed iqarraq bl-art abitata kollha; twaddab ’l isfel lejn l-art, u l-anġli tiegħu twaddbu għal isfel miegħu.”

Rivelazzjoni 12:9

“Ħataf lid-dragun, is-serp oriġinali, li hu x-Xitan u Satana, u rabtu għal elf sena.”

Rivelazzjoni 20:2