Ġob 14:1-22

  • Ġob ikompli jwieġeb (1-22)

    • “Il-ħajja taʼ bniedem hi qasira u kollha inkwiet” (1)

    • “Anki siġra għandha tama” (7)

    • “Mhux li kien taħbini fil-Qabar!” (13)

    • “Jekk bniedem imut, jistaʼ jerġaʼ jgħix?” (14)

    • Alla jixtieq ħafna li jerġaʼ jara l-bniedem li għamel (15)

14  “Il-ħajja taʼ bniedem hi qasiraU kollha inkwiet.   Hu jiftaħ bħal fjura u mbagħad jinxef;*Bħal dell jisparixxi u ma jibqax jidher.   Madankollu int iffokajt fuqu,Int ittellgħu* l-qorti biex tiġġudikah.   Tistaʼ persuna midinba* twelled lil xi ħadd mingħajr dnub? Żgur li le!   Il-ġranet tal-bniedem huma deċiżi. U l-ammont tax-xhur tiegħu huwa f’idejk. Int għamilt limitu għal kemm jgħix u ma jistax jaqbżu.   Ieqaf ħares lejh ħalli jistrieħ,Sakemm jispiċċa l-ġurnata tax-xogħol tiegħu bħal ħaddiem mikri.   Għax anki siġra għandha tama. Jekk iqaċċtuha terġaʼ titlaʼ,U l-friegħi tagħha jkomplu jikbru.   Jekk l-għeruq tagħha jkollhom iż-żmienU z-zokk tagħha jinxef,   Malli tmiss mal-ilma, terġaʼ ttellaʼU jkollha l-friegħi bħal pjanta ġdida. 10  Imma meta bniedem imut, ma jistaʼ jagħmel xejn. Meta jieħu l-aħħar nifs, x’jiġri minnu? 11  Il-baħar jisparixxi,U x-xmara tevapora u tinxef. 12  Bl-istess mod, bniedem jimtedd u ma jqumx. Sakemm is-sema tibqaʼ teżisti, hu ma jqumx,U lanqas mhu se jiġi mqajjem minn xi bniedem. 13  Mhux li kien taħbini fil-Qabar,*Taħbini sakemm ma tibqax irrabjat,U tagħtini żmien biex tiftakar fija! 14  Jekk bniedem imut, jistaʼ jerġaʼ jgħix? Se nistenna matul iż-żmien li nkun ilsirSakemm niġi meħlus. 15  Int tgħajjatli, u jien inwieġbek. Int se tkun tixtieq ħafna li terġaʼ tara l-bniedem li għamilt. 16  Imma issa qed toqgħod għassa għal kull pass li nagħmel;Qed tara biss id-dnub tiegħi. 17  Int erfajt l-iżbalji tiegħi ġo basket magħluq sew,U tissiġilla l-iżbalji tiegħi bil-kolla. 18  Bħalma muntanja taqaʼ u tiġi fix-xejn,U blata tinqalaʼ minn postha, 19  Bħalma l-ilma jmermer il-ġebel,U bħalma x-xita b’saħħitha tkaxkar il-ħamrija,Int qridt it-tama tal-bniedem. 20  Int tibqaʼ tkissru sakemm imut;Tbiddel il-mod kif jidher, u tibagħtu fil-qabar. 21  It-tfal tiegħu jistgħu jiġu onorati, imma hu ma jkunx jaf b’dan;Jistgħu jiġu umiljati, imma ma jindunax b’dan. 22  Meta jkun għadu ħaj bissIħossu muġugħ u mdejjaq.”

Noti taʼ taħt

Jew forsi “u jinqataʼ.”
Letteralment “ittellagħni.”
Jew “li tagħmel id-dnub.”
Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.