Isaija 54:1-17

54  “Għajjat bil-ferħ, mara li ma jistax ikollok tfal u li ma wlidtx!+ Ifraħ b’għajta ferriħija u nfexx werżaq,+ int li ma kellekx uġigħ tal-ħlas;+ għax ulied l-abbandunata huma iktar numerużi minn ulied il-mara li għandha sidha bħal raġel miżżewweġ,”+ qal Ġeħova.  “Agħmel il-post tat-tinda tiegħek iktar spazjuż.+ Ħa jiġġebbdu d-drappijiet tat-tabernaklu grandjuż tiegħek. Toqgħodx lura. Tawwal il-ħbula tat-tinda tiegħek, u saħħaħ l-imsiemer tat-tinda tiegħek.+  Għax int toħroġ lejn il-lemin u lejn ix-xellug,+ u nislek jieħu l-ġnus taħt idejh,+ u huma jgħammru saħansitra fil-bliet abbandunati.+  Tibżax,+ għax mhux se jkollok għalfejn tistħi;+ u tħossokx umiljata, għax m’intix se tkun diżappuntata.+ Għax se tinsa saħansitra l-għajb taʼ żmien żgħożitek,+ u ma tiftakarx iżjed iż-żebliħ taż-żmien li fih bqajt armla.”  “Għax il-Wieħed Grandjuż li għamlek+ huwa sidek bħal raġel miżżewweġ,+ li Ġeħova taʼ l-armati huwa ismu;+ u l-Qaddis taʼ Israel hu Dak li xtrak lura.+ L-Alla taʼ l-art kollha se jissejjaħ.+  Għax Ġeħova sejjaħlek bħallikieku kont mara miżżewġa mitluqa għalkollox u bi spirtu mweġġaʼ,+ u bħal mara li żżewġet f’żgħożitha+ imma li mbagħad ġiet imwarrba,”+ qal Alla tiegħek.  “Għal ftit biss tlaqtek għalkollox,+ imma se nerġaʼ niġbrok flimkien bi ħniniet kbar.+  Jien ħbejt wiċċi minnek b’għadab kbir għal waqt wieħed,+ imma se jkolli ħniena minnek b’qalb tajba bl-imħabba għal żmien indefinit,”+ qal Dak li xtrak lura,+ Ġeħova.  “Dan hu bħal żmien Noè għalija.+ Bħalma ħlift li l-ilmijiet taʼ Noè ma jerġgħux jgħaddu fuq l-art,+ hekk ukoll ħlift li ma nagħdabx għalik jew inċanfrek.+ 10  Għax il-muntanji jistgħu jitneħħew, u l-għoljiet jistgħu jitħarrku,+ imma l-qalb tajba bl-imħabba tiegħi ma titneħħiex minn fuqek,+ u l-patt taʼ paċi tiegħi ma jitħarrikx,”+ qal Ġeħova, Dak li jkollu ħniena minnek.+ 11  “O mara li qed issofri,+ imħabbta mit-tempesta,+ bla faraġ,+ ara, jien inqiegħed il-ġebel tiegħek b’tajn b’saħħtu,+ u se nqiegħed il-pedament tiegħek+ biż-żaffir.+ 12  U se nagħmillek iċ-ċnut tas-swar tar-rubini, u l-bibien tiegħek taʼ ħaġar jixgħel bħan-nar,+ u t-trufijiet kollha tiegħek taʼ ħaġar sabiħ. 13  U wliedek kollha+ jkunu persuni mgħallmin minn Ġeħova,+ u l-paċi taʼ wliedek tkun kotrana.+ 14  Int tkun stabbilita fis-sod u fis-sewwa.+ Se tkun ’il bogħod mill-moħqrija+—għax ma tibżaʼ xejn minn dan—u ’l bogħod minn kull ħaġa taʼ twerwir, għax din ma tersaqx lejk.+ 15  Jekk xi ħadd fil-fatt jattakkak, ma jkunx bl-ordni tiegħi.+ Ikun min ikun li jattakkak se jaqaʼ minħabba fik.”+ 16  “Ara! Jien stess ħlaqt lill-bniedem tas-sengħa, dak li jonfoħ+ fuq in-nar tal-ġamar+ u jagħmel arma bħala l-ħidma tiegħu. U jien, ukoll, ħlaqt lir-raġel li jġib rovina+ u tħarbit. 17  Kwalunkwe arma li tissawwar kontrik ma tirnexxix,+ u kwalunkwe lsien li jqum kontrik fil-ġudizzju, int tikkundannah.+ Dan hu l-wirt tal-qaddejja taʼ Ġeħova,+ u s-sewwa tagħhom ġej mingħandi,” hija l-kelma taʼ Ġeħova.+

Noti taʼ taħt