Proverbji 22:1-29

  • Reputazzjoni tajba hi aħjar minn ħafna ġid (1)

  • Li tgħallem tifel minn età żgħira se jgħinu għal ħajtu kollha (6)

  • L-għażżien jibżaʼ mill-iljun li hemm barra (13)

  • Min jiġi ddixxiplinat ma jaġixxix bi bluha (15)

  • Ħaddiem tas-sengħa jaqdi lir-rejiet (29)

22  Li jkollok reputazzjoni tajba* hu aħjar milli jkollok ħafna ġid;Li tkun irrispettat* hu aħjar milli jkollok il-fidda u d-deheb.”   Is-sinjur u l-fqir għandhom din il-ħaġa komuni bejniethom:* It-tnejn Ġeħova għamilhom.   L-għaqli jaħrab xħin jara l-periklu,Imma dak taʼ bla esperjenza jibqaʼ sejjer u jbati l-konsegwenzi.   Min hu umli u jirrispetta ħafna lil* ĠeħovaSe jiġi mbierek,* onorat, u jirċievi l-ħajja.   Fit-triq taʼ bniedem diżonest hemm ix-xewk u n-nases,Imma kull min japprezza ħajtu* jżomm ’il bogħod minnhom.   Għallem tifel* minn liema triq għandu jgħaddi,U lanqas meta jixjieħ ma jitlaq minnha.   Is-sinjur imexxi fuq il-fqir,U dak li jissellef huwa lsir taʼ dak li jsellfu.   Kull min jiżraʼ l-inġustizzja se jaħsad diżastru,U l-awtorità ħarxa tiegħu* se tispiċċa.   Xi ħadd ġeneruż se jiġi mbierek,Għax hu jaqsam l-ikel tiegħu mal-foqra. 10  Keċċi lil min iwaqqaʼ l-affarijiet għaċ-ċajt,U l-ġlied jieqaf;Ma jibqax ikun hemm argumenti* u tgħajjir. 11  Min m’għandux ħażen f’qalbu u jitkellem bil-ħlewwa,Ir-re se jkun il-ħabib tiegħu. 12  Ġeħova jipproteġi l-għarfien,Imma jwaqqaʼ l-kliem tat-traditur. 13  L-għażżien jgħid: “Hemm iljun barra! Dan se joqtolni f’nofs il-pjazza!” 14  Il-kliem taʼ mara midinba* hu bħal ħofra fonda. Min hu kkundannat minn Ġeħova se jaqaʼ fiha. 15  It-tfal* ikunu jixtiequ jaġixxu bi bluha,Imma li jiġu ddixxiplinati b’mod sod* jgħinhom biex ma jagħmlux hekk. 16  Min jieħu vantaġġ mill-fqir biex isir iktar sinjurU min jagħti rigali lis-sinjuriSe jispiċċa fqir. 17  Agħti kas* il-kliem tal-għorrief u ismaʼ minnu,Ħalli tkun tistaʼ żżomm f’qalbek dak li ngħallmek, 18  Għax int se tkun ferħan jekk dejjem tiftakar dawn l-affarijiet,U mbagħad dejjem tkun lest titkellem dwarhom. 19  Illum jien qed nagħtik l-għarfien,Ħalli jkollok il-fiduċja f’Ġeħova. 20  Jien diġà ktibtlekBiex nagħtik il-pariri u l-għarfien, 21  U biex ngħallmek kliem veru u taʼ min joqgħod fuqu,Ħalli tkun tistaʼ tagħti informazzjoni eżatta lil min jistaqsik. 22  Tisraqx lill-fqir għax hu fqir,U taħqarx lill-batut f’bieb il-belt, 23  Għax Ġeħova stess se jiddefendihom fil-kawża tagħhom,U hu se jeqred lil dawk li jisirquhom. 24  Tagħmilhiex maʼ min jitilgħulu malajrU toqgħodx maʼ min jirrabja malajr, 25  Ħalli ma ssirx bħalu u taqaʼ* f’nassa. 26  Issirx bħal* dawk li jieħdu b’idejn xi ħadd biex jagħmlu ftehim,Li jagħmlu tajjeb għad-dejn taʼ ħaddieħor. 27  Jekk ma jkollokx biex tħallas,Se jiħdulek is-sodda minn taħtek. 28  Iċċaqlaqx il-marka tal-fruntieraLi għamlu missirijietek żmien twil ilu. 29  Ġieli rajt lil xi ħadd tas-sengħa f’xogħlu? Hu joqgħod quddiem ir-rejiet,U mhux quddiem in-nies komuni.

Noti taʼ taħt

Jew “isem tajjeb.” Letteralment “isem.”
Letteralment “L-approvazzjoni.”
Letteralment “iltaqgħu flimkien.”
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Letteralment “ikollu l-ġid.”
Jew “ruħu.”
Jew “tifla; żagħżugħ; żagħżugħa.”
Letteralment “il-bastun tar-rabja tiegħu.”
Jew “kawżi legali.”
Letteralment “stranġiera.” Ara Pr 2:16.
Jew “Iż-żgħażagħ.”
Letteralment “il-bastun tad-dixxiplina.”
Letteralment “Mejjel widintek għal.”
Jew “ruħek taqaʼ.”
Jew “Tagħmilhiex maʼ.”