Proverbji 26:1-28

  • Jiġi deskritt xi ħadd għażżien (13-16)

  • Tindaħalx fi ġlieda taʼ ħaddieħor (17)

  • Evita ċajt li jweġġaʼ (18, 19)

  • Fejn m’hemmx injam, in-nar jintefa (20, 21)

  • Il-kliem taʼ min jimmalafama hu bħal ikel b’togħma tajba (22)

26  Bħalma mhux suppost tagħmel il-borra fis-sajf u x-xita fi żmien il-ħsad,Mhux suppost tonora lil xi ħadd stupidu.   Bħalma għasfur ikollu għal xiex jaħrab u ħuttafa għal xiex ittir,Ħadd ma jisħet lil xi ħadd għalxejn b’xejn.   Il-frosta hi għaż-żiemel, l-ilġiem għal ħalq il-ħmar,U l-bastun biex jiġu kkastigati n-nies stupidi.   Twiġibx lil xi ħadd stupidu skont il-bluha tiegħu,Ħalli ma taqax għal-livell tiegħu.*   Jekk twieġeb l-istupidu, urih kemm hu bla sens dak li qed jgħid,Ħalli ma jaħsibx li hu għaref.   Min iħalli xi ħaġa f’idejn xi ħadd stupiduJkun qisu qed jagħmel ħsara lil saqajh stess biex isir zopp u jweġġaʼ lilu nnifsu.*   Il-proverbju tan-nies stupidiHu bħal saqajn bla saħħa* taʼ xi ħadd li jzappap.   Li tonora lil xi ħadd stupiduHu bħal li torbot ġebla maʼ żbandola.   Il-proverbju tan-nies stupidiHu bħal pjanta bix-xewk f’id xi ħadd fis-sakra. 10  Min iħaddem lil xi ħadd stupidu jew lil min jinzerta għaddejIkun qisu arċier li jispara fuq kull ħaġa li jara.* 11  L-istupidu jerġaʼ jagħmel l-affarijiet taʼ bluhaBħalma kelb imur lura u jiekol dak li qalaʼ. 12  Ġieli rajt lil xi ħadd li jaħseb li hu għaref? Hemm iktar tama għal xi ħadd stupidu milli għalih. 13  L-għażżien jgħid: “Hemm iljun fit-triq,Hemm iljun fil-pjazza!” 14  L-għażżien jibqaʼ jdur fuq is-sodda tiegħuBħalma bieb jibqaʼ jdur fuq iċ-ċappetti tiegħu. 15  L-għażżien idaħħal idu fl-iskutella tal-ikel,Imma hu wisq għajjien biex iressaqha maʼ ħalqu. 16  L-għażżien jaħseb li hu iktar għarefMinn sebaʼ min-nies li jwieġbu b’mod għaqli. 17  Xi ħadd li jkun għaddej u jirrabja ħafna minħabba* ġlieda li mhix tiegħuHu bħal xi ħadd li jaqbad widnejn taʼ kelb. 18  Bħal xi ħadd miġnun li jispara vleġeġ tan-nar u lanez qattiela 19  Hu min iqarraq b’sieħbu* u mbagħad jgħidlu: “Kont qed niċċajta!” 20  Fejn m’hemmx injam in-nar jintefa,U fejn m’hemmx min jimmalafama jieqaf il-ġlied. 21  Min iħobb jargumenta jaqlaʼ l-ġlied. Hu bħal faħam u njam li jqabbdu n-nar. 22  Il-kliem taʼ min jimmalafama hu bħal ikel b’togħma tajba;Dan jinbelaʼ malajr u jinżel fl-istonku. 23  Kliem ħelu minn* qalb ħażinaHu bħal kisja fidda fuq biċċa fuħħar. 24  Min jobgħod lil oħrajn juża kliem biex jaħbi l-mibegħda tiegħu,Imma minn ġewwa jibqaʼ bil-ħsieb li jqarraq. 25  Għalkemm jitkellem bil-ħlewwa, tafdahx,Għax qalbu ħażina għalkollox.* 26  Għalkemm jaħbi l-mibegħda tiegħu bil-qerq,Il-ħażen tiegħu se jinkixef fil-kongregazzjoni. 27  Min iħaffer ħofra se jaqaʼ fiha,U kull min igerbeb ġebla, tiġi lura fuqu. 28  Min jigdeb, jobgħod lil min iweġġaʼ bil-gideb tiegħu,U min ifaħħar lil oħrajn biex jingħoġob, iġib qerda.

Noti taʼ taħt

Jew “Ħalli ma ssirx bħalu.”
Letteralment “u jixrob il-vjolenza.”
Jew “imdendlin.”
Jew “li jweġġaʼ lil kulħadd.”
Jew forsi “jindaħal fi.”
Jew “jagħmel ċajta li tweġġaʼ lil sieħbu.”
Letteralment “Xofftejn kollhom ħeġġa flimkien maʼ.”
Letteralment “f’qalbu hemm sebaʼ affarijiet li ma jaħmilx.”