Ħu l-Waqfa Tiegħek Favur il-Qima Vera
Kapitlu Sittax
Ħu l-Waqfa Tiegħek Favur il-Qima Vera
Il-Bibbja x’tgħallem dwar l-użu tax-xbihat u l-qima lill-antenati?
Il-Kristjani kif iqisuhom il-festi reliġjużi?
Kif tistaʼ tispjega t-twemmin tiegħek lil oħrajn mingħajr ma toffendi s-sentimenti tagħhom?
1, 2. Liema mistoqsija trid tistaqsi lilek innifsek wara li tkun tlaqt mir-reliġjon falza, u għala taħseb li dan hu importanti?
IMMAĠINA li skoprejt li l-inħawi fejn toqgħod ġew imniġġsin. Xi ħadd kien qiegħed jarmi skart velenuż bil-moħbi f’dawk l-inħawi, u issa s-sitwazzjoni hija taʼ theddida għall-ħajjiet tan-nies. Kieku int x’tagħmel? Bla dubju, kieku tkun tistaʼ taqbad u titlaq minn hemm. Imma avolja jirnexxilek tagħmel dan, xorta se jkollok tiffaċċja din il-mistoqsija serja, ‘Tgħid ġejt ivvelenat?’
2 Sitwazzjoni simili tqum rigward ir-reliġjon falza. Il-Bibbja tgħallem li qima bħal din hija mniġġsa b’tagħlim u prattiċi mhux nodfa. (2 Korintin 6:17) Għalhekk, huwa importanti li int toħroġ minn “Babilonja l-Kbira,” l-imperu dinji taʼ reliġjon falza. (Rivelazzjoni 18:2, 4) Għamiltu dan? Jekk inhu hekk, ħaqqek prosit. Imma hemm iktar involut milli sempliċement toħroġ jew tirriżenja minn xi reliġjon falza. Wara, int trid tistaqsi lilek innifsek, ‘Għad għandi xi traċċi tal-qima falza ġewwa fija?’ Ikkunsidra xi eżempji.
IX-XBIHAT U L-QIMA LILL-ANTENATI
3. (a) Il-Bibbja x’tgħid dwar l-użu tax-xbihat, u l-mod kif Alla jqishom għala jistaʼ jkun diffiċli għal xi wħud biex jaċċettawh? (b) X’għandek tagħmel b’xi oġġetti li għandhom x’jaqsmu mal-qima falza?
3 Xi nies ilhom is-snin bix-xbihat u n-niċeċ fi djarhom. Anki int? Jekk iva, forsi tħossha stramba jew taħseb li mhux sewwa li titlob lil Alla mingħajr l-għajnuna taʼ xi ħaġa li taraha. Forsi qalbek tkun marbuta maʼ xi wħud minnhom. Imma hu Alla li jgħidilna kif għandna nqimuh, u l-Bibbja tgħallem li hu ma jridniex nużaw ix-xbihat. (Eżodu 20:4, 5; Salm 115:4-8; Isaija 42:8; 1 Ġwanni 5:21) Għalhekk, int tistaʼ tieħu l-waqfa tiegħek favur il-qima vera billi teqred kwalunkwe oġġett li għandek u li għandu x’jaqsam mal-qima falza. Int trid assolutament tibda tqishom bħalma jqishom Ġeħova—bħala xi ħaġa ‘mistkerrha.’—Dewteronomju 27:15.
4. (a) Kif nafu li l-qima lill-antenati ma tiswa għalxejn? (b) Ġeħova għala pprojbixxa lin-nies tiegħu milli jieħdu sehem fi kwalunkwe forma taʼ spiritiżmu?
4 Anki l-qima lill-antenati hija komuni f’ħafna reliġjonijiet foloz. Qabel ma saru jafu l-verità tal-Bibbja, xi wħud Dewteronomju 18:10-12.
kienu jemmnu li l-mejtin huma konxji f’xi qasam inviżibbli u li dawn jistgħu jgħinu jew jagħmlu ħsara lill-ħajjin. Forsi kont tagħmel sforzi kbar biex ma tirrabjax lill-antenati mejtin tiegħek. Imma bħalma tgħallimt f’Kapitlu 6 taʼ dan il-ktieb, il-mejtin la għadhom jeżistu u lanqas jinsabu konxji xi mkien. B’hekk, huwa kollu għalxejn li tipprova tikkomunika magħhom. Kwalunkwe messaġġ li jidher li jkun ġej mingħand xi ħadd mill-maħbubin mejtin tagħna jkun fil-fatt ġej mingħand id-demonji. Għalhekk, Ġeħova pprojbixxa lill-Iżraelin milli jipprovaw jitkellmu mal-mejtin jew jieħdu sehem fi kwalunkwe forma oħra taʼ spiritiżmu.—5. X’tistaʼ tagħmel jekk fir-reliġjon li kellek qabel kont tuża x-xbihat jew tipprattika l-qima lill-antenati?
5 Jekk kont tuża x-xbihat jew tipprattika l-qima lill-antenati bħala parti mill-qima tiegħek taʼ qabel, x’tistaʼ tagħmel? Aqra u aħseb fil-fond fuq siltiet mill-Bibbja li juruk kif Alla jqis dawn l-affarijiet. Itlob kuljum lil Ġeħova dwar ix-xewqa tiegħek li tieħu l-waqfa favur il-qima vera, u itolbu jgħinek taħseb bil-mod kif jaħseb hu.—Isaija 55:9.
IL-MILIED—MA KIENX ĊELEBRAT MILL-EWWEL KRISTJANI
6, 7. (a) Il-Milied x’suppost ifakkar, u s-segwaċi taʼ Ġesù fl-ewwel seklu kienu jiċċelebrawh? (b) Iċ-ċelebrazzjonijiet taʼ jum it-twelid maʼ xiex kellhom x’jaqsmu fi żmien l-ewwel dixxipli taʼ Ġesù?
6 Il-qima taʼ individwu tistaʼ tkun imniġġsa mir-reliġjon falza minħabba l-festi popolari. Per eżempju, ħu mill-Milied. Dan suppost ifakkar it-twelid taʼ Ġesù Kristu, u kważi kull reliġjon li tgħid li hi Kristjana tiċċelebrah. Iżda, m’hemm ebda evidenza li d-dixxipli taʼ Ġesù fl-ewwel seklu kienu jiċċelebraw din il-festa. Il-ktieb Sacred Origins of Profound Things jistqarr: “Matul iż-żewġ sekli taʼ wara t-twelid taʼ Kristu, ħadd ma kien jaf id-data eżatta meta twieled, u ftit nies interessaw ruħhom fiha.”
7 Anki kieku d-dixxipli taʼ Ġesù kienu jafu d-data eżatta tat-twelid Ġenesi 40:20; Marku 6:21) Barra minn hekk, kienu jsiru ċelebrazzjonijiet taʼ jum it-twelid f’ġieħ l-allat foloz. Per eżempju, fl-24 taʼ Mejju r-Rumani kienu jiċċelebraw jum it-twelid taʼ l-alla mara Dijana. L-għada, huma kienu jiċċelebraw jum it-twelid taʼ l-alla xemx tagħhom, Apollo. Għaldaqstant, iċ-ċelebrazzjonijiet taʼ jum it-twelid kellhom x’jaqsmu mal-paganiżmu u mhux mal-Kristjanità.
tiegħu, huma xorta ma kinux se jiċċelebrawh. Għala? Għaliex, bħalma tgħid The World Book Encyclopedia, l-ewwel Kristjani “kienu jqisu ċ-ċelebrazzjoni taʼ jum it-twelid taʼ persuna bħala drawwa pagana.” L-uniċi ċelebrazzjonijiet taʼ jum it-twelid li jissemmew fil-Bibbja huma dawk taʼ żewġ ħakkiema li ma kinux iqimu lil Ġeħova. (8. Spjega l-konnessjoni li hemm bejn iċ-ċelebrazzjonijiet taʼ jum it-twelid u s-superstizzjonijiet.
8 Hemm raġuni oħra għala l-ewwel Kristjani ma jistax ikun li ċċelebraw jum it-twelid taʼ Ġesù. Id-dixxipli tiegħu x’aktarx li kienu jafu li ċ-ċelebrazzjonijiet taʼ jum it-twelid kellhom x’jaqsmu mas-superstizzjonijiet. Per eżempju, ħafna Griegi u Rumani taʼ żmien il-qedem kienu jemmnu li kull bniedem kellu spirtu jistennieh jitwieled, u dan kien jibqaʼ jipproteġih tul għomru kollu. “Dan l-ispirtu kellu relazzjoni misterjuża maʼ l-alla li jum twelidu kien jaħbat fl-istess jum li jkun twieled fih dak l-individwu,” jgħid il-ktieb The Lore of Birthdays. Żgur li Ġeħova ma kienx se jieħu gost b’xi ċelebrazzjoni li kienet tħallat is-superstizzjoni maʼ Ġesù. (Isaija 65:11, 12) Allura, il-Milied kif sar festa li tiġi ċelebrata minn daqstant nies?
L-ORIĠINI TAL-MILIED
9. Il-25 taʼ Diċembru kif beda jitqies bħala l-jum li fih jiġi ċelebrat it-twelid taʼ Ġesù?
9 Kien diversi mijiet taʼ snin wara li Ġesù għex fuq l-art li n-nies bdew jiċċelebraw it-twelid tiegħu fil-25 taʼ Diċembru. Imma din ma kinitx id-data tat-twelid taʼ Ġesù, għax hu jidher ċar li twieled f’Ottubru. * Allura, għala ntgħażel il-jum tal-25 taʼ Diċembru? Xi wħud li iktar tard sostnew li kienu Kristjani x’aktarx “xtaqu li d-data taħbat fl-istess jum tal-festa Rumana pagana li fiha kien jiġi ċelebrat ‘jum it-twelid tax-xemx mhix mirbuħa.’” (The New Encyclopædia Britannica) Fix-xitwa, meta x-xemx kienet tidher l-iktar dgħajfa, il-pagani kienu jagħmlu ċerimonji biex iġagħlu lil dan is-sors taʼ sħana u dawl jerġaʼ lura mill-vjaġġi tiegħu ’l bogħod. Kienu jaħsbu li l-25 taʼ Diċembru kien il-jum li fih ix-xemx tibda l-vjaġġ lura. Biex jipprovaw jikkonvertu lill-pagani, il-mexxejja reliġjużi adottaw din il-festa u pprovaw jagħtuha xejra “Kristjana.” *
10. Fl-imgħoddi, xi nies għala ma kinux jiċċelebraw il-Milied?
10 L-għeruq pagani tal-Milied ilhom li ġew rikonoxxuti. Minħabba l-oriġini mhix skritturali tiegħu, il-Milied kien projbit fl-Ingilterra u f’xi kolonji Amerikani matul is-seklu 17. Saħansitra min kien ifalli x-xogħol fil-ġurnata tal-Milied kien jeħel multa. Madankollu, ma tantx damu biex jerġgħu jibdew ifeġġu d-drawwiet tal-qedem flimkien maʼ xi wħud ġodda. Il-Milied għal darb’oħra sar festa kbira, u f’ħafna pajjiżi għadu hekk sa llum. Madankollu, minħabba l-konnessjonijiet li l-Milied għandu mar-reliġjon falza, dawk li jridu jogħġbu lil Alla la jiċċelebraw il-Milied u lanqas xi festa oħra li toriġina mill-qima pagana. *
HIJA L-ORIĠINI TAL-FESTI DAQSHEKK IMPORTANTI?
11. Xi nies għala jiċċelebraw il-festi, imma dwar xiex għandna nkunu l-iktar konċernati?
11 Xi wħud jaqblu li l-festi, bħalma hu l-Milied, għandhom oriġini pagana imma xorta jħossu li m’huwiex ħażin li tiċċelebrahom. Wara kollox, il-biċċa l-kbira min-nies ma jkunux qed jaħsbu dwar xi qima falza meta jiċċelebraw dawn il-festi. Dawn l-okkażjonijiet huma wkoll opportunitajiet biex il-familji jassoċjaw flimkien. Hekk tħossok int? Jekk inhu hekk, x’aktarx li hija l-imħabba għall-familja, u mhux l-imħabba għar-reliġjon falza, li tkun qed tagħmilha diffiċli biex wieħed jieħu l-waqfa tiegħu favur il-qima vera. Ibqaʼ ċert li Ġeħova, il-wieħed li oriġina l-familja, irid li jkollok relazzjoni tajba maʼ qrabatek. (Efesin 3:14, 15) Imma int tistaʼ ssaħħaħ rabtiet bħal dawn b’mod li Alla japprova. L-appostlu Pawlu kiteb dan dwar l-iktar ħaġa li għandna nkunu konċernati dwarha: “Ibqgħu aċċertaw ruħkom dwar x’inhu aċċettabbli għall-Mulej.”—Efesin 5:10.
12. Agħti eżempju dwar għala għandna nevitaw drawwiet u ċelebrazzjonijiet li l-oriġini tagħhom m’hijiex nadifa.
12 Forsi tħoss li l-oriġini tal-festi m’għandhiex x’taqsam mal-mod kif qed jiġu ċelebrati llum. Hija l-oriġini tassew importanti? Iva! Biex nagħtu eżempju: Immaġina li tara lolipop mal-ġenb tat-triq minfejn jgħaddi l-ilma tax-xita. Kieku int tiġbru u tieklu? Dażgur li le! Dak il-lolipop ma kienx nadif. Bħal dak il-lolipop, il-festi jistgħu jħajruk, imma dawn ikunu oriġinaw f’postijiet li m’humiex nodfa. Biex nieħdu l-waqfa tagħna favur il-qima vera, jeħtieġ li jkollna l-ħarsa tagħna bħal dik tal-profeta Isaija, li qal lill-aduraturi veri: “Tmissu xejn imniġġes.”—Isaija 52:11.
JEĦTIEĠ ID-DIXXERNIMENT BIEX TITTRATTA M’OĦRAJN
13. Liema sfidi tistaʼ tiffaċċja jekk ma tiħux sehem fil-festi?
13 Minħabba li tagħżel li ma tiħux sehem fil-festi jistaʼ
jkollok tiffaċċja ċerti sfidi. Per eżempju, sħabek fuq ix-xogħol għandhom mnejn ma jifhmux għala ma tiħux sehem f’ċerti attivitajiet li jorganizzaw fuq il-post tax-xogħol biex jiċċelebraw il-festi. Xi ngħidu jekk xi ħadd jagħtik rigal tal-Milied? Huwa ħażin li taċċettah? Xi ngħidu jekk żewġek jew martek ma tħaddanx l-istess twemmin tiegħek? Kif tistaʼ tkun ċert li wliedek ma jħossuhomx imċaħħdin għaliex ma tiċċelebrawx il-festi?14, 15. X’tistaʼ tagħmel meta xi ħadd jawguralek il-festa t-tajba jew jekk ikun irid jagħtik xi rigal?
14 Jeħtieġ id-dixxerniment biex tinduna kif għandek tittratta kull sitwazzjoni. Jekk xi ħadd b’mod każwali jawguralek il-festa t-tajba, int tistaʼ sempliċement tirringrazzja lil dak li jkun. Imma nagħtu każ li dan ikun xi ħadd li int tarah jew taħdem miegħu regolarment. F’dan il-każ, forsi tippreferi tgħidlu iktar minn hekk. Hu x’inhu l-każ, uża t-tattika. Il-Bibbja tagħtina l-parir: “Ħa jkun kliemkom dejjem kollu ħlewwa, imħawwar bil-melħ, sabiex tkunu tafu kif għandkom twieġbu lil kulħadd.” (Kolossin 4:6) Oqgħod attent li ma tonqosx mir-rispett lejn l-oħrajn. Minflok, bit-tattika spjega għala tkun aġixxejt b’dak il-mod. Agħmilha ċara li int m’għandek xejn kontra l-għoti tar-rigali u l-laqgħat soċjali imma tippreferi li tieħu sehem fihom fi żmien ieħor.
15 Xi ngħidu jekk ikun hemm xi ħadd li jrid jagħtik rigal? Dan jiddependi miċ-ċirkustanzi. Dak li jagħtik ir-rigal għandu mnejn jgħidlek: “Naf li ma tiċċelebrax din il-festa. Però, jien xorta nixtieqek tieħdu dan.” Int forsi tiddeċiedi li billi taċċetta r-rigal f’dawn iċ-ċirkustanzi ma jkunx l-istess bħallikieku qed tieħu sehem fil-festa. M’għandniex xi ngħidu, jekk dak li jkun ma jafx x’inhu t-twemmin tiegħek, forsi tistaʼ ssemmi li int ma tiċċelebrax dik il-festa. Dan se jgħinek tispjega għala taċċetta rigal imma int ma tagħtix rigali f’dik l-okkażjoni. Mill-banda l-oħra, ikun għaqli li ma taċċettax rigal jekk min jagħtihulek jagħmel dan bl-intenzjoni ovvja
biex juri li int ma żżommx mat-tagħlim tiegħek jew li int lest li tagħmel kompromess sempliċement biex taqlaʼ rigal.XI NGĦIDU GĦALL-MEMBRI TAL-FAMILJA?
16. Kif tistaʼ tuża t-tattika fejn jidħlu affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-festi?
16 Xi ngħidu jekk il-membri tal-familja ma jħaddnux l-istess twemmin tiegħek? Hawn ukoll jeħtieġ li tuża t-tattika. M’hemmx għalfejn toqgħod targumenta fuq kull drawwa jew ċelebrazzjoni li qrabatek jagħżlu li jiċċelebraw. Minflok, irrispetta d-dritt li għandhom għall-opinjoni tagħhom, bħalma trid li huma jirrispettaw id-dritt li għandek int għall-opinjoni tiegħek. (Mattew 7:12) Evita li tagħmel xi ħaġa li biha tkun qed tieħu sehem fil-festa. Iżda xorta kun raġunevoli dwar affarijiet li fil-fatt ma jkollhom x’jaqsmu xejn maċ-ċelebrazzjoni nfisha. M’għandniex xi ngħidu, int għandek dejjem taġixxi b’mod li żżomm kuxjenza tajba.—1 Timotju 1:18, 19.
17. Kif tistaʼ tgħin lil uliedek biex ma jħossuhomx imċaħħdin minn xi ħaġa għax jaraw lil oħrajn jiċċelebraw il-festi?
17 X’tistaʼ tagħmel sabiex uliedek ma jħossuhomx imċaħħdin minn xi ħaġa għax ma tiċċelebrawx festi li m’humiex skritturali? Ħafna jiddependi minn dak li tagħmel matul is-sena. Xi ġenituri jagħżlu ċertu żmien biex huma jagħtu r-rigali lil uliedhom. Wieħed mill-aqwa rigali li tistaʼ tagħti lil uliedek hu li bi mħabba tqattaʼ ħin magħhom u tagħtihom l-attenzjoni tiegħek.
IPPRATTIKA L-QIMA VERA
18. Meta tattendi l-laqgħat Kristjani kif tistaʼ tiġi megħjun biex tieħu l-waqfa tiegħek favur il-qima vera?
18 Biex togħġob lil Alla, int trid tiċħad il-qima falza u tieħu l-waqfa favur il-qima vera. Dan x’jinkludi? Il-Bibbja tistqarr: “Ħa nagħtu kas xulxin biex nitqanqlu għall-imħabba u l-għemejjel tajbin, u ma nabbandunawx il-laqgħat tagħna flimkien, bħalma ħaduha drawwa jagħmlu xi wħud, imma Ebrej 10:24, 25) Il-laqgħat Kristjani huma okkażjonijiet hienja li permezz tagħhom int tkun tistaʼ tqim lil Alla bil-mod li hu japprova. (Salm 22:22 [22:23, NW]; 122:1) F’dawn il-laqgħat, il-Kristjani leali ‘jinkuraġġixxu lil xulxin.’—Rumani 1:12.
ninkuraġġixxu lil xulxin, u dan iktar u iktar hekk kif taraw joqrob il-jum.” (19. Għala hu importanti li tgħid lil oħrajn dwar l-affarijiet li tgħallimt mill-Bibbja?
19 Mod ieħor kif tistaʼ tieħu l-waqfa tiegħek favur il-qima vera hu li tgħid lil oħrajn dwar l-affarijiet li tkun tgħallimt mill-istudju tal-Bibbja max-Xhieda taʼ Ġeħova. Ħafna nies verament qed “jitniehdu u jitbikkew” minħabba l-ħażen li qed isir fid-dinja llum. (Eżekjel 9:4) Forsi taf b’xi nies li qed iħossuhom hekk. Għala ma tgħidilhomx dwar it-tama tiegħek għall-futur li hi bbażata fuq il-Bibbja? Hekk kif tagħmilha mal-Kristjani veri u tgħid lil oħrajn dwar il-veritajiet meraviljużi tal-Bibbja li tgħallimt, int se ssib li kwalunkwe xewqa li forsi kien għad baqagħlek f’qalbek għad-drawwiet tal-qima falza se tisparixxi bil-mod il-mod. Tistaʼ tibqaʼ ċert li se jkollok ħafna ferħ u se tirċievi ħafna barkiet jekk tieħu l-waqfa tiegħek favur il-qima vera.—Malakija 3:10.
[Noti taʼ taħt]
^ par. 9 Ara l-Appendiċi, paġni 221-2.
^ par. 9 Is-Saturnalja wkoll kienet fattur ieħor għala ntgħażel il-25 taʼ Diċembru. Din il-festa f’ġieħ l-alla Ruman taʼ l-agrikultura kienet issir mis-17 sa l-24 taʼ Diċembru. Matul il-jiem tal-festa tas-Saturnalja kien isir xalar, briju, u għoti taʼ rigali.
^ par. 10 Għal diskussjoni dwar kif il-Kristjani veri jqisu festi popolari oħra, ara l-Appendiċi, paġni 222-3.
DAK LI TGĦALLEM IL-BIBBJA
▪ La x-xbihat u lanqas il-qima lill-antenati m’għandhom posthom fil-qima vera.—Eżodu 20:4, 5; Dewteronomju 18:10-12.
▪ Huwa ħażin li tieħu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet li għandhom oriġini pagana.—Efesin 5:10.
▪ Il-Kristjani veri għandhom jużaw it-tattika meta jispjegaw it-twemmin tagħhom lil oħrajn.—Kolossin 4:6.
[Mistoqsijiet taʼ Studju]
[Stampa f’paġna 158]
Tieklu int xi lolipop li tkun ġbart minn mal-ġenb tat-triq minfejn jgħaddi l-ilma tax-xita?
[Stampi f’paġna 163]
Meta tipprattika l-qima vera int tkun verament hieni