Il-Fidwa—L-Aqwa Rigal Mingħand Alla
Kapitlu Ħamsa
Il-Fidwa—L-Aqwa Rigal Mingħand Alla
X’inhi l-fidwa?
Kif ġiet provduta?
X’tistaʼ tfisser għalik?
Kif tistaʼ turi li tapprezzaha?
1, 2. (a) Rigal meta jistaʼ jkollu valur kbir għalik personalment? (b) Għala jistaʼ jingħad li l-fidwa hija l-iktar rigal prezzjuż li qatt tistaʼ tirċievi?
LIEMA hu l-aqwa rigal li qatt irċivejt? Rigal m’hemmx għalfejn ikun jiswa ħafna flus biex ikun importanti. Wara kollox, il-valur veru taʼ rigal mhux bilfors jitqies minn kemm jiswa flus. Pjuttost, meta rigal iġiblek il-ferħ jew ikun xi ħaġa li jkollok bżonnha ħafna f’ħajtek, dan ikollu valur kbir għalik personalment.
2 Mill-ħafna rigali li qatt tistaʼ toħlom li tirċievi, hemm wieħed li jispikka fuqhom ilkoll. Dan hu rigal mingħand Alla għall-bnedmin. Ġeħova tana ħafna affarijiet, imma l-aqwa rigal li tana hu s-sagrifiċċju taʼ fidwa taʼ Ibnu, Ġesù Kristu. (Mattew 20:28) Bħalma se naraw f’dan il-kapitlu, il-fidwa hija l-iktar rigal prezzjuż li qatt tistaʼ tirċievi, għax tistaʼ ġġiblek ferħ li ma bħalu u tissodisfa l-iktar bżonnijiet importanti li jkollok. Il-fidwa hija tassew l-aqwa mod li bih Ġeħova esprima mħabbtu lejk.
X’INHI L-FIDWA?
3. X’inhi l-fidwa, u l-ewwel x’għandna bżonn nifhmu sabiex napprezzaw kemm hu prezzjuż dan ir-rigal?
3 Fi kliem sempliċi, il-fidwa hija l-mezz li Ġeħova juża Efesin 1:7) Biex nifhmu t-tifsira taʼ dan it-tagħlim Bibliku, jeħtieġ li nirriflettu x’ġara fil-ġnien taʼ l-Għeden. Huwa biss jekk nifhmu x’tilef Adam meta dineb li nistgħu napprezzaw għala l-fidwa hija rigal daqshekk prezzjuż għalina.
sabiex jeħles, jew isalva, lill-umanità mid-dnub u l-mewt. (4. Ħajja umana perfetta x’kienet tfisser għal Adam?
4 Meta Ġeħova ħalaq lil Adam, hu tah xi ħaġa verament prezzjuża—ħajja umana perfetta. Aħseb ftit dan x’kien ifisser għal Adam. Peress li kien magħmul b’ġisem u moħħ perfett, qatt ma kien se jimrad, jixjieħ, jew imut. Bħala bniedem perfett, kellu relazzjoni speċjali maʼ Ġeħova. Il-Bibbja tgħid li Adam kien “bin Alla.” (Luqa 3:38) Għalhekk, Adam gawda relazzjoni mill-qrib m’Alla Ġeħova, bħal dik taʼ iben maʼ missieru li jħobbu. Ġeħova kien jikkomunika maʼ l-iben uman tiegħu Adam, u tah xogħol sodisfaċenti x’jagħmel u qallu x’kien mistenni minnu.—Ġenesi 1:28-30; 2:16, 17.
5. Il-Bibbja xi trid tfisser meta tgħid li Adam sar “fuq xbihat Alla”?
5 Adam kien magħmul “fuq xbihat Alla.” (Ġenesi 1:27) Dan ma kienx ifisser li Adam kien jixbah lil Alla fid-dehra tiegħu. Bħalma tgħallimna f’Kapitlu 1 taʼ dan il-ktieb, Ġeħova hu spirtu li ma jidhirx. (Ġwanni 4:24) Għalhekk, Ġeħova m’għandux ġisem tad-demm u l-laħam. Il-fatt li Adam ġie magħmul fuq ix-xbieha t’Alla jfisser li hu ġie maħluq bi kwalitajiet bħal dawk t’Alla, inkluż l-imħabba, l-għerf, il-ġustizzja, u l-qawwa. Adam kien bħal Missieru b’mod importanti ieħor, u dan kien li kellu l-libertà li jagħżel. Għalhekk, Adam ma kienx qisu xi magna li tistaʼ tagħmel biss dak li ġiet programmata jew disinjata biex tagħmel. Minflok, hu setaʼ jieħu deċiżjonijiet persunali, u setaʼ jagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin. Kieku għażel li jobdi lil Alla, kieku kien jgħix għal dejjem f’Ġenna taʼ l-art.
6. Meta Adam m’obdiex lil Alla, x’tilef, u n-nisel tiegħu kif kien effettwat?
Ġenesi 3:17-19) Diżgrazzjatament, Adam ma tilifx din il-ħajja prezzjuża hu biss, imma tellifha wkoll lin-nisel futur tiegħu. Il-Kelma t’Alla tgħid: “Permezz taʼ bniedem wieħed [Adam] id-dnub daħal fid-dinja, u permezz tad-dnub il-mewt, u b’hekk il-mewt infirxet fuq il-bnedmin kollha għax kollha dinbu.” (Rumani 5:12) Iva, ilkoll kemm aħna writna d-dnub mingħand Adam. Għaldaqstant, il-Bibbja tgħid li hu ‘bigħ’ lilu nnifsu u lil nislu fil-jasar tad-dnub u l-mewt. (Rumani 7:14) Ma kien hemm ebda tama għal Adam jew għal Eva għaliex huma minn jeddhom għażlu li ma jobdux lil Alla. Imma xi ngħidu dwar in-nisel tagħhom, inkluż aħna?
6 Mela, jidher ċar li meta Adam m’obdiex lil Alla u ġie kundannat għall-mewt, hu ħallas prezz għoli ħafna. Id-dnub tiegħu swielu l-ħajja umana perfetta tiegħu bil-barkiet kollha li jiġu magħha. (7, 8. Fidwa bażikament tfisser liema żewġ affarijiet?
7 Ġeħova ndaħal biex jeħles lill-bnedmin permezz tal-fidwa. X’inhi fidwa? Fidwa bażikament tistaʼ tfisser żewġ affarijiet. L-ewwel, fidwa hi l-prezz li jitħallas biex tinħeles jew tinxtara xi ħaġa lura. Din tistaʼ titqabbel mal-prezz li jitħallas għall-ħelsien taʼ priġunier tal-gwerra. It-tieni, fidwa hi l-prezz li jkopri, jew iħallas, l-ammont taʼ kemm tkun tiswa xi ħaġa. Tixbah il-prezz li jitħallas biex ikopri l-ispejjeż għal xi ħsara li tkun saret. Per eżempju, jekk xi ħadd jikkaġuna aċċident, ikollu jħallas l-ammont taʼ kemm ikun jiswa dak li jkun ġarrab il-ħsara.
8 Kif jistaʼ jkun possibbli li xi ħadd ipatti għat-telf enormi li Adam ikkaġuna lilna lkoll u jeħlisna mill-jasar tad-dnub u l-mewt? Ejja nikkunsidraw il-fidwa li pprovda Ġeħova u din x’tistaʼ tfisser għalik.
KIF ĠEĦOVA PPROVDA L-FIDWA
9. Liema xorta taʼ fidwa kienet meħtieġa?
9 Peress li l-ħajja umana li ntilfet kienet perfetta, ebda ħajja umana imperfetta ma setgħet tixtriha lura. (Salm 49:8, 9 [49:7, 8, NW]) Kienet meħtieġa fidwa li kellha l-istess valur taʼ dak li kien intilef. Dan hu fi qbil mal-prinċipju tal-ġustizzja perfetta li jinsab fil-Kelma t’Alla: “Ħajja b’ħajja.” (Dewteronomju 19:21) Għalhekk, x’kien se jkopri l-valur tal-ħajja umana perfetta li tilef Adam? Kien hemm bżonn taʼ ħajja umana perfetta oħra bħala “fidwa ekwivalenti.”—1 Timotju 2:6.
10. Ġeħova kif ipprovda l-fidwa?
10 Ġeħova kif ipprovda din il-fidwa? Hu bagħat wieħed mill-ulied spirti perfetti tiegħu fuq l-art. Imma Ġeħova ma bagħatx wieħed kwalunkwe minn dawn il-ħlejjaq spirti. Hu bagħat lill-iktar wieħed prezzjuż għalih, lill-Iben uniġenitu tiegħu. (1 Ġwanni 4:9, 10) Minn jeddu, dan l-Iben ħalla s-sema fejn kien jgħammar. (Filippin 2:7) Kif tgħallimna fil-kapitlu taʼ qabel taʼ dan il-ktieb, Ġeħova għamel miraklu meta ttrasferixxa l-ħajja taʼ dan l-Iben għal ġol-ġuf taʼ Marija. Permezz taʼ l-ispirtu qaddis t’Alla, Ġesù twieled bħala bniedem perfett u kien ħieles mill-piena tad-dnub.—Luqa 1:35.
11. Kif setaʼ bniedem wieħed jagħti ruħu bħala fidwa għal miljuni taʼ nies?
11 Kif setaʼ bniedem wieħed jagħti ruħu b’fidwa għal ħafna, fil-fatt, għal miljuni taʼ bnedmin? Oriġinalment, dawn il-miljuni taʼ nies kif saru midinbin? Ftakar li peress li Adam dineb, hu tilef ir-rigal prezzjuż taʼ ħajja umana perfetta. Għalhekk, ma setax jgħaddiha lid-dixxendenti tiegħu. Minflok, hu setaʼ biss jgħaddilhom id-dnub u l-mewt. Ġesù, li fil-Bibbja jissejjaħ “l-aħħar Adam,” kellu 1 Korintin 15:45) F’ċertu sens, Ġesù ħa post Adam sabiex isalvana. Billi Ġesù ssagrifika, jew ċeda, il-ħajja perfetta tiegħu u baqaʼ ubbidjenti b’mod perfett lejn Alla, hu ħallas il-prezz għad-dnub taʼ Adam. B’hekk, Ġesù ġab tama għan-nisel taʼ Adam.—Rumani 5:19; 1 Korintin 15:21, 22.
ħajja umana perfetta, u qatt ma dineb. (12. It-tbatija taʼ Ġesù kienet prova taʼ liema ħaġa?
12 Il-Bibbja tiddeskrivi bid-dettall it-tbatija li Ġesù ssaporta qabel ma miet. Hu ġie msawwat bl-aħrax, imsammar b’mod krudil maʼ zokk, u miet mewta taʼ wġigħ fuq zokk tat-tortura. (Ġwanni 19:1, 16-18, 30; Appendiċi, paġni 204-6) Għala kien hemm bżonn li Ġesù jbati dik it-tbatija kollha? F’wieħed mill-kapitli li ġejjin taʼ dan il-ktieb, se naraw li Satana qajjem dubju dwar jekk hemmx bnedmin li jaqdu lil Ġeħova u li jibqgħu leali waqt li jkunu għaddejjin mill-provi. Billi ssaporta fedelment minkejja t-tbatija kbira li għadda minnha, Ġesù ta l-aqwa tweġiba li qatt setgħet tingħata għall-isfida taʼ Satana. Ġesù ta prova li bniedem perfett li għandu l-libertà li jagħżel setaʼ jżomm integrità perfetta lejn Alla minkejja dak kollu li jagħmillu x-Xitan. Min jaf kemm feraħ Ġeħova meta ra l-fedeltà li wera Ibnu l-għażiż!—Proverbji 27:11.
13. Il-fidwa kif tħallset?
13 Il-fidwa kif tħallset? Fl-14-il jum tax-xahar Lhudi taʼ Nisan fis-sena 33 E.K., Alla ppermetta li jinqatel Ibnu li kien perfett u bla dnub. B’hekk, Ġesù ssagrifika l-ħajja umana u perfetta tiegħu “darba għal dejjem.” (Ebrej 10:10) Fit-tielet jum wara li miet Ġesù, Ġeħova reġaʼ qajmu għall-ħajja bħala spirtu. Fis-sema, Ġesù ppreżenta lil Alla l-valur tal-ħajja umana u perfetta tiegħu li kien issagrifika bħala fidwa għal nisel Adam. (Ebrej 9:24) Ġeħova aċċetta l-valur tas-sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala l-fidwa li kienet meħtieġa biex teħles lill-umanità mill-jasar tad-dnub u l-mewt.—Rumani 3:23, 24.
IL-FIDWA—DAK LI TISTAʼ TFISSER GĦALIK
14, 15. Xi rridu nagħmlu sabiex naqilgħu “l-maħfra taʼ dnubietna”?
14 Minkejja l-kundizzjoni midinba tagħna, nistgħu ngawdu barkiet prezzjużi permezz tal-fidwa. Ejja nikkunsidraw xi ftit mill-benefiċċji preżenti u futuri li jiġu permezz taʼ dan l-aqwa rigal mingħand Alla.
15 Il-maħfra tad-dnubiet. Minħabba li writna l-imperfezzjoni, irridu nissieltu biex nagħmlu dak li hu sewwa. Ilkoll kemm aħna nidinbu bil-kliem jew bl-għemil. Imma permezz tas-sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala fidwa, nistgħu naqilgħu “l-maħfra taʼ dnubietna.” (Kolossin 1:13, 14) Iżda, biex naqilgħu din il-maħfra rridu nkunu ndimna verament. Irridu wkoll nitolbu bl-umiltà lil Ġeħova għall-maħfra fuq il-bażi tal-fidi tagħna fis-sagrifiċċju taʼ Ibnu bħala fidwa.—1 Ġwanni 1:8, 9.
16. X’jgħinna nqimu lil Alla b’kuxjenza nadifa, u din x’valur għandha?
16 Kuxjenza nadifa quddiem Alla. Kuxjenza ħatja tistaʼ faċilment twassalna biex inħossuna bla tama u ma niswew għal xejn. Madankollu, permezz tal-maħfra li saret possibbli minħabba l-fidwa, Ġeħova b’qalb tajba jippermettilna nqimuh b’kuxjenza nadifa minkejja l-imperfezzjoni tagħna. (Ebrej 9:13, 14) Dan jagħmilha possibbli li jkollna l-libertà tal-kelma maʼ Ġeħova. Għalhekk, nistgħu nitolbuh x’ħin irridu. (Ebrej 4:14-16) Meta l-kuxjenza tagħna tkun nadifa jkollna l-paċi tal-moħħ, ir-rispett lejna nfusna, u nkunu iktar ferħanin.
17. X’barkiet saru possibbli minħabba li Ġesù miet għalina?
17 It-tama taʼ ħajja taʼ dejjem fuq art magħmula ġenna. “Il-ħlas li jagħti d-dnub hu l-mewt,” jgħid Rumani 6:23. L-istess vers iżid: “Imma l-għotja li jagħti Alla hi l-ħajja taʼ dejjem bi Kristu Ġesù, il-Mulej tagħna.” F’kapitlu 3 taʼ dan il-ktieb, iddiskutejna l-barkiet li se jkun hemm fil-Ġenna taʼ l-art. (Rivelazzjoni 21:3, 4) Dawn il-barkiet futuri kollha, inkluż il-ħajja taʼ dejjem b’saħħa perfetta, isiru possibbli minħabba li Ġesù miet għalina. Biex nirċievu dawn il-barkiet, irridu nuru li aħna napprezzaw l-għotja tal-fidwa.
KIF TISTAʼ TURI L-APPREZZAMENT TIEGĦEK?
18. Għala għandna nkunu grati lejn Ġeħova talli pprovdielna l-fidwa?
18 Għala għandna nkunu verament grati lejn Ġeħova li pprovdielna l-fidwa? Ngħiduha kif inhi, rigal iktar ikun prezzjuż meta min ikun tahulna jkun issagrifika l-ħin, u għamel sforz jew spejjeż biex jagħtihulna. Kemm iferrħilna qalbna meta r-rigal li nirċievu jkun qed juri l-imħabba ġenwina taʼ min tahulna! Il-fidwa hija l-iktar rigal prezzjuż minn kull rigal ieħor, għax Alla għamel l-akbar sagrifiċċju li qatt sar biex jipprovdih. “Alla tant ħabb lid-dinja li ta l-Iben uniġenitu tiegħu,” Ġwanni 3:16. Il-fidwa hija l-iktar evidenza eċċezzjonali taʼ l-imħabba li Ġeħova għandu għalina. Hi wkoll prova taʼ l-imħabba taʼ Ġesù għalina, għax hu minn jeddu ta ħajtu għalina. (Ġwanni 15:13) L-għotja tal-fidwa għandha għalhekk tikkonvinċina li Ġeħova u Ibnu jħobbuna bħala individwi.—Galatin 2:20.
jgħid19, 20. B’liema modi tistaʼ turi li int grat lejn Alla għall-għotja tal-fidwa?
19 Mela, kif tistaʼ turi li int grat lejn Alla għall-għotja tal-fidwa? Qabel xejn, sir af iktar dwar id-Donatur il-Kbir, Ġeħova. (Ġwanni 17:3) Dan tistaʼ tagħmlu billi tistudja l-Bibbja bl-għajnuna taʼ dan il-ktieb. Iktar ma tikseb għarfien dwar Ġeħova iktar issir tħobbu. Imbagħad, dik l-imħabba se tqanqlek biex togħġob lilu.—1 Ġwanni 5:3.
20 Eżerċita l-fidi fis-sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala fidwa. Ġesù nnifsu qal: “Min jeżerċita l-fidi fl-Iben għandu l-ħajja taʼ dejjem.” (Ġwanni 3:36) Aħna kif nistgħu nuru li għandna fidi f’Ġesù? Fidi bħal din ma tintweriex bil-kliem biss. “Il-fidi mingħajr l-għemejjel hi mejta,” jgħid Ġakbu 2:26. Iva, nagħtu prova li aħna għandna l-fidi vera bl-“għemejjel,” jiġifieri, bl-azzjonijiet tagħna. Mod wieħed kif nuru li għandna fidi f’Ġesù hu billi nagħmlu l-aħjar tagħna biex nimitawh mhux biss f’dak li ngħidu imma wkoll f’dak li nagħmlu.—Ġwanni 13:15.
21, 22. (a) Għala għandna nattendu għaċ-ċelebrazzjoni taʼ l-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej li ssir kull sena? (b) X’se jiġi spjegat fil-Kapitli 6 u 7?
21 Attendi ċ-ċelebrazzjoni taʼ l-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej li ssir kull sena. Fil-lejla taʼ l-14 taʼ Nisan tas-sena 33 E.K., Ġesù introduċa ċelebrazzjoni speċjali li l-Bibbja ssejħilha “l-ikla taʼ fil-għaxija tal-Mulej.” (1 Korintin 11:20; Mattew 26:26-28) Din iċ-ċelebrazzjoni tissejjaħ ukoll it-Tifkira tal-mewt taʼ Kristu. Ġesù stabbilixxa din iċ-ċelebrazzjoni biex jgħin lill-appostli tiegħu u lill-Kristjani veri kollha li ġew warajhom jibqgħu jżommu f’moħħhom li permezz taʼ mewtu bħala bniedem perfett, hu ta ruħu, jew ħajtu, bħala fidwa. Dwar din iċ-ċelebrazzjoni, Ġesù kkmanda: “Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” (Luqa 22:19) Meta niċċelebraw it-Tifkira nkunu qed niftakru fl-imħabba tant kbira li kemm Ġeħova u kemm Ġesù wrew permezz tal-fidwa. Aħna nistgħu nuru l-apprezzament tagħna għall-fidwa billi nkunu preżenti għaċ-ċelebrazzjoni tat-Tifkira tal-mewt taʼ Ġesù li ssir kull sena. *
22 Il-fidwa li pprovdielna Ġeħova hija tabilħaqq għotja prezzjuża. (2 Korintin 9:14, 15) Minn din l-għotja prezzjuża jistgħu jibbenefikaw saħansitra dawk li mietu. Kapitli 6 u 7 se jispjegaw kif.
[Nota taʼ taħt]
^ par. 21 Għal iktar informazzjoni dwar xi tfisser l-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej, ara l-Appendiċi, paġni 206-8.
DAK LI TGĦALLEM IL-BIBBJA
▪ Il-fidwa hija l-mezz li bih Ġeħova se jeħles lill-umanità mid-dnub u l-mewt.—Efesin 1:7.
▪ Ġeħova pprovda l-fidwa billi bagħat lill-Iben uniġenitu tiegħu fid-dinja biex imut għalina.—1 Ġwanni 4:9, 10.
▪ Permezz tal-fidwa, aħna niksbu l-maħfra tad-dnubiet, kuxjenza nadifa, u t-tama taʼ ħajja taʼ dejjem.—1 Ġwanni 1:8, 9.
▪ Nuru li aħna grati għall-fidwa billi nsiru nafu iktar dwar Ġeħova, billi neżerċitaw fidi fis-sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala fidwa, u billi nattendu l-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej.—Ġwanni 3:16.
[Mistoqsijiet taʼ Studju]
[Stampa f’paġna 52]
Ġeħova ta lill-Iben uniġenitu tiegħu bħala fidwa għalina
[Stampa f’paġna 54]
Mod wieħed biex turi li int grat għall-għotja tal-fidwa hu billi ssir taf iktar dwar Ġeħova