Drawwiet Ħżiena
Il-Kristjani liema drawwiet ħżiena għandhom jevitaw?
Argumenti
Ara “Argumenti”
Ċajt doppju sens u kliem oxxen
Frodi; meta xi ħadd iqarraq biex jieħu affarijiet taʼ ħaddieħor
Sa 62:10; 1Kor 5:10, 11; 6:9, 10
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Ġer 22:11-17—Ġeħova kkundanna lir-Re Sallum (Ġeħogħaħaż) talli qarraq billi ħa affarijiet taʼ ħaddieħor u għamel dnubiet serji oħra
-
Lq 19:2, 8—Żakkew, li kien jiġbor it-taxxa, iddispjaċieh għad-dnubiet li għamel meta ġiegħel lin-nies iħallsu iżjed taxxa u wiegħed li se jagħti lura dak li seraq
-
Ftaħir
Ara “Ftaħir”
Ftaħir żejjed
Ġob 32:21, 22; Sa 5:9; 12:2, 3; Pr 26:24-28; 29:5
Ara wkoll Pr 28:23; 1Te 2:3-6
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Lq 18:18, 19—Ġesù m’aċċettax li jsejħulu b’titlu t’unur
-
At 12:21-23—Ir-Re Erodi Agrippa aċċetta li n-nies isejħulu alla u minħabba f’hekk miet
-
Gideb; meta xi ħadd iqarraq bin-nies
Ara “Gideb”
Gideb; qlajjiet
Ara “Gideb”
Idolatrija
Ara “Idolatrija”
Kliem abbużiv
Mt 5:22; 1Kor 6:9, 10; Ef 4:31
Ara wkoll Eżo 22:28; Ekk 10:20; Ġd 8
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
2Sm 16:5-8; 1Slt 2:8, 9, 44, 46—Simgħi seħet lir-re li għażel Ġeħova u b’hekk ġie kkastigat
-
Kompetizzjoni; pika
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Mrk 9:33-37; 10:35-45—Ġesù kkoreġa lill-appostli tiegħu ħafna drabi għax huma kienu jargumentaw bejniethom dwar min minnhom kien l-iktar importanti
-
3Ġw 9, 10—Dijotrefe xtaq li “jkollu l-aqwa pożizzjoni” fost l-aħwa
-
Kondotta ħażina bla mistħija; nuqqas taʼ ndafa; adulterju
Ara “Immoralità Sesswali”
Meta xi ħadd ikollu l-vizzju li jiekol iżżejjed; ikun żaqqieq
Ara wkoll Lq 21:34, 35
Meta xi ħadd ikun iħobb jgħid fuq in-nies; gossip; jindaħal fl-affarijiet taʼ ħaddieħor
Meta xi ħadd jaqlaʼ l-ġlied; vjolenza
Ara wkoll 1Ti 3:2, 3; Tit 1:7
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Eżo 21:22-27—Il-Liġi taʼ Mosè qalet li jekk raġel iweġġaʼ lil xi ħadd minħabba li jkun vjolenti, għandu jiġi kkastigat
-
Meta xi ħadd joħloq firda; xi ħadd jifforma setta
Pornografija
Ara “Pornografija”
Qtil
Ara wkoll Mt 5:21, 22; Mrk 7:21
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Ġen 4:4-16—Għalkemm Ġeħova bi mħabba ta parir lil Kajjin, hu xorta qatel lil ħuh Abel
-
1Slt 21:1-26; 2Slt 9:26—Minħabba li r-Re Aħab u r-Reġina Ġeżabel kienu rgħiba u mill-agħar, huma ppjanaw biex jinqatlu Nabot u t-tfal tiegħu
-
Serq
Ara “Serq”
Sokor; xorb żejjed
Pr 20:1; 23:20, 29-35; 1Kor 5:11; 6:9, 10
Ara wkoll Ef 5:18; 1Ti 3:8; Tit 2:3; 1Pt 4:3
Ara wkoll “Xorb”
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Ġen 9:20-25—Noè siker u minħabba f’hekk Ħam u t-tifel tiegħu Kangħan għamlu dnub serju
-
Da 5:1-6, 30—Meta Belsassar kien fis-sakra għajjar lil Ġeħova u dan wassal biex jinqatel u tispiċċa t-tmexxija tiegħu
-
Taċċetta jew toffri tixħim
Eżo 23:8; Sa 26:9, 10; Pr 17:23
Ara wkoll Dt 10:17; 16:19; Sa 15:1, 5
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
1Sm 8:1-5—Minflok ma imitaw l-eżempju tajjeb taʼ missierhom, it-tfal tal-profeta Samwel aċċettaw tixħim taʼ flus u ma ħadux deċiżjonijiet ġusti
-
Ne 6:10-13—L-għedewwa tan-nies taʼ Ġeħova ħallsu lill-profeta falz Semajja biex ibeżżaʼ lill-Gvernatur Neħemija u jwaqqaf ix-xogħol taʼ Ġeħova
-
At 24:26, 27—Il-Gvernatur Feliċ kien qed jistenna li l-appostlu Pawlu jagħtih xi flus biex jeħilsu, imma Pawlu m’għamilx hekk
-
Tgergir
Ara wkoll Nu 11:1
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Nu 14:1-11, 26-30—L-Iżraelin gergru kontra Mosè u Aron, imma għal Ġeħova kien bħallikieku gergru kontrih
-
Ġw 6:41-69—Il-Lhud gergru bejniethom dwar Ġesù u minħabba f’hekk xi dixxipli abbandunawh
-
Theddid
Ara wkoll Sa 10:4, 7; 73:3, 8
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
At 4:15-21—L-irġiel tas-Sinedriju heddew lid-dixxipli ħalli jieqfu jippritkaw
-
Twaqqigħ għaċ-ċajt
Ara wkoll Pr 17:5; 22:10; 2Pt 3:3, 4
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
2Kro 36:15-21—Il-poplu t’Alla ġie kkastigat talli waqqgħu għaċ-ċajt lill-messaġġiera u żżuffjettaw bil-profeti tiegħu
-
Ġob 12:4; 17:2; 21:3; 34:7—Ir-raġel ġust Ġob ġie mwaqqaʼ għaċ-ċajt meta kien għaddej minn provi diffiċli
-
Użu ħażin tad-demm
Ġen 9:4; Dt 12:16, 23; At 15:28, 29
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
1Sm 14:32-34—L-Iżraelin dinbu kontra Ġeħova meta kielu laħam taʼ annimali li ma kinux skarnati sew
-
Xalar
Rum 13:13; Ga 5:19, 21; 1Pt 4:3
Ara wkoll Pr 20:1; 1Kor 10:31
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Da 5:1-4, 30—Ir-Re Belsassar “għamel festa kbira” fejn xorob ħafna nbid u ma weriex rispett lejn Ġeħova. Dak il-lejl stess inqatel
-