Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Immaġina ż-Żmien

Immaġina ż-Żmien

Niżżel:

  1. 1. Iebsa wisq dil-ħajja u tgħejjik,

    Bħal donnu kollox hu kontrik.

    Dwar il-futur niffoka mbagħ’d;

    Kull xewqa sseħħ għax dan hu fatt.

    (RITORNELL)

    Immaġina ż-żmien meta jkun aħjar,

    Fejn m’hemmx uġigħ u nerġgħu niġu żgħar.

    Immaġinak tgħid kull filgħodu lis-Sid,

    “Grazzi għal dil-ħajja ġdida u għal dal-jum ġdid!”

  2. 2. Qatt ma smajt b’widnejja tul is-snin.

    Għajnejja wkoll m’għadhomx tajbin.

    Għad nismaʼ żgur in-noti sbieħ.

    Għad nara wkoll kull jum sabiħ.

    (RITORNELL)

    Immaġina ż-żmien meta jkun aħjar,

    Fejn m’hemmx uġigħ u nerġgħu niġu żgħar.

    Immaġinak tgħid kull filgħodu lis-Sid,

    “Grazzi għal dil-ħajja ġdida u għal dal-jum ġdid!”

    (BRIDGE)

    Din ħajti mhix eżatt kif xtaqtha jien.

    Naf żgur li għad niġri bla waqfien!

    (RITORNELL)

    Immaġina ż-żmien meta jkun aħjar,

    Fejn m’hemmx uġigħ u nerġgħu niġu żgħar.

    Immaġinak taqbeż u tiżfen u iddur!

    Kull ġurnata tħossok f’saħħtek żgur.

    (RITORNELL)

    Immaġina ż-żmien meta jkun aħjar,

    Fejn m’hemmx uġigħ u nerġgħu niġu żgħar.

    Immaġinak tgħid kull filgħodu lis-Sid,

    “Grazzi ħafn’ għax tajtni dal-jum ġdid!”