Ħelsien mill-Biżaʼ Huwa Possibbli?
Ħelsien mill-Biżaʼ Huwa Possibbli?
JISTAʼ xi ħadd li qed jgħix fid-dinja perikoluża taʼ llum ikun ħieles kompletament mill-biżaʼ? Ma tantx. Anki nies li għandhom fidi f’Alla jiffaċċjaw perikli li jikkaġunaw l-ansjetà. Per eżempju, fl-ewwel seklu E.K., l-appostlu Pawlu, li kien jivvjaġġa ħafna, semma li ġarrab nawfraġju, iffaċċja perikli mix-xmajjar, perikli mill-ħallelin, u perikli fil-belt. (2 Korintin 11:25-28) L-istess illum, il-biċċa l-kbira minna jkollna niffaċċjaw sitwazzjonijiet taʼ periklu.
Madankollu, aħna nistgħu nieħdu prekawzjonijiet għaqlin, u jekk innaqqsu r-riskji forsi nnaqqsu wkoll l-ansjetajiet. Il-Bibbja tgħid: “Min hu bil-għaqal jara l-għawġ u jwarrab; min hu moħħu ħafif jidħol fih u jħallas għalih.” (Proverbji 22:3) X’inhuma xi miżuri prattiċi li għandna nieħdu?
Nieħdu l-Prekawzjonijiet
Hu interessanti li għalkemm il-Bibbja nkitbet ħafna żmien ilu, fiha nsibu ħafna prinċipji li għadhom japplikaw biex nevitaw il-perikli llum. Per eżempju, il-Bibbja tgħid: “L-għaref għajnejh f’wiċċu, iżda l-iblah jimxi fid-dlam.” (Koħèlet 2:14) Jagħmel sens li toqgħod attent min ikun hemm madwarek u kemm jistaʼ jkun tevita postijiet mudlama. Jekk inhu possibbli meta tmur lura d-dar għaddi minn toroq imdawlin tajjeb, anki jekk dan ikun ifisser li ttawwal xi ftit. Il-Bibbja tgħid ukoll: “Tnejn min-nies aħjar minn wieħed waħdu . . . Jekk xi ħadd jaħbat għal wieħed minnhom, it-tnejn flimkien jistgħu jrażżnuh.” (Koħèlet 4:9, 12) Jekk tgħix fi nħawi perikolużi, tistaʼ tiftiehem maʼ xi ħadd biex jimxiha miegħek sad-dar?
Jekk xi ħadd jattakkak, forsi b’xi arma biex jisirqek, hu għaqli li tiftakar li l-ħajja hija iktar prezzjuża minn kwalunkwe ħaġa li jistaʼ jkollok. (Mattew 16:26) Tajjeb li tiftakar ukoll li meta jinġabru folol taʼ nies biex jipprotestaw, dawn ikunu perikolużi u ma tafx x’jistaʼ jfettlilhom.—Eżodu 23:2.
Ġenesi 39:12) Jekk ma tkunx tistaʼ titlaq minfejn tkun, tistaʼ tgħidlu: “Ara ma jfettillikx!” jew “Ara ma tmissnix!” jew inkella “M’iniex qed nieħu gost b’dan id-diskors.” Jekk tistaʼ, evita postijiet fejn huwa komuni li tistaʼ taqlaʼ fastidju.
Jekk hemm xi ħadd li qed jagħtik fastidju u jgħaddilek kummenti immorali, jgħid ċajt pastaż, jew jipprova jmissek, l-aħjar li turih ċar u tond li ma tridx kunfidenzi żejda. Forsi jkollok bżonn titlaq minfejn tkun, bħalma għamel Ġużeppi meta mara immorali qabditu minn ħwejġu. Hu “ħarab u ħareġ ’il barra.” (Kif Tkampa mal-Biżaʼ fid-Dar
X’tistaʼ tagħmel jekk tibżaʼ minn żewġek li jkun vjolenti? Forsi jkun għaqli li tfassal pjan kif tistaʼ taħrab fil-każ li r-raġel jitlagħlu f’daqqa u jhedded is-saħħa jew il-ħajja tiegħek jew tat-tfal. * Il-Bibbja tirrakkonta kif Ġakobb ħejja pjan biex jaħrab fil-każ li ħuh Għesaw juża l-vjolenza. Kif ġraw l-affarijiet, ma kellux bżonn jagħmel dak li ppjana, imma din kienet prekawzjoni għaqlija. (Ġenesi 32:7-9 [32:6-8, NW]) Il-pjan biex taħrab għandu mnejn jinvolvi li ssib lil xi ħadd li jkun jistaʼ jilqgħek f’każ taʼ xi emerġenza. Tistaʼ tiddiskuti minn qabel maʼ din il-persuna x’jistaʼ jkollok bżonn. Ikun għaqli li jkollok id-dokumenti importanti u affarijiet oħra għal-lest fejn tkun tistaʼ ssibhom faċilment.
Għażla oħra tistaʼ tkun li tirrapporta dwar l-abbuż taʼ żewġek lill-awtoritajiet u tfittex ilprotezzjoni tagħhom. * Il-Bibbja tgħallem li kulħadd ikollu jiffaċċja l-konsegwenzi taʼ l-azzjonijiet tiegħu. (Galatin 6:7) Dwar l-awtorità governattiva, il-Bibbja tgħid: “Hi l-ministru t’Alla għalik, għall-ġid tiegħek. Imma jekk qed tagħmel il-ħażin, ibżaʼ.” (Rumani 13:4) Wieħed li jattakka lil xi ħadd fid-dar ikun qed jagħmel att kriminali daqslikieku qed jattakka lil xi ħadd fit-triq. F’ħafna pajjiżi huwa att kriminali wkoll li xi ħadd jhedded persuna u jsegwiha kulfejn tmur.
Dawn il-miżuri li ddiskutejna għandhom mnejn itaffu xi ftit mill-biżaʼ. Imma l-Bibbja ma toffrix biss pariri prattiċi. Hija wkoll ktieb taʼ profeziji li t-twettiq tagħhom hu ċert u tirrivela dak li Alla qed jagħmel issa u dak li se jagħmel fil-futur. Il-Bibbja liema tama toffri għan-nies li huma mġagħlin jgħixu fil-biżaʼ?
Is-Sinifikat taʼ l-Atmosfera taʼ Biżaʼ
Huwa sinifikanti li l-appostlu Pawlu kiteb: “Fl-aħħar jiem ikun hawn żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom. Għax in-nies ikunu jħobbu lilhom infushom, . . . mingħajr imħabba 2 Timotju 3:1-3) Dan il-kliem ċertament qed jiddeskrivi żminijiet tal-biżaʼ!
naturali, ma jkunux iridu jiftiehmu, kalunnjaturi, mingħajr rażna, feroċi, mingħajr imħabba għat-tajjeb.” (Meta Ġesù tkellem dwar “tmiem is-sistema,” hu qal: “Ġens iqum kontra ġens, u saltna kontra saltna; u jkun hemm terremoti kbar, u f’post wara l-ieħor ikun hemm mard li jittieħed u nuqqas taʼ ikel; u jkun hemm dehriet tal-biżaʼ u, mis-sema, sinjali kbar.” (Mattew 24:3, 7, 8; Luqa 21:10, 11) Għalhekk, id-“dehriet tal-biżaʼ” li rajna u li qed jikkontribwixxu għal din l-atmosfera taʼ biżaʼ li hawn illum, m’għandhomx jissorprenduna. Imma dawn xi jfissru?
Ġesù qal: “Meta taraw dawn l-affarijiet iseħħu, kunu afu li s-saltna t’Alla tkun qrib.” (Luqa 21:31) Fi żmienna, aħna nistgħu nistennew gvern immexxi minn Alla biex jaħkem mis-sema fuq l-umanità kollha. (Danjel 2:44) Il-ħajja kif se tkun f’dak iż-żmien?
Ħelsien mill-Biżaʼ!
Il-Bibbja tiddeskrivi żmien fil-futur mimli paċi meta ma jkunx hawn iktar gwerer, in-nies ħżiena ma ssibhomx, u l-art tkun mimlija b’nies li jħobbu lil Alla. Pietru, wieħed mill-appostli taʼ Ġesù, kiteb li fil-futur se jkun hemm “jum il-ġudizzju u l-qerda taʼ nies bla devozzjoni lejn Alla.” Mhux se jkun hemm xi ħadd ħażin minn min nibżgħu għaliex fuq l-art se “tgħammar il-ġustizzja.” (2 Pietru 3:7, 9, 13) Immaġina x’serħan li ngħixu fost nies taʼ min jafdahom u li jħobbu lil xulxin! Dan il-prospett jgħinna nħarsu b’lenti differenti lejn iż-żminijiet perikolużi li għaddejjin minnhom. M’humiex se jkomplu sejrin għal dejjem.—Salm 37:9-11.
Għall-benefiċċju taʼ dawk li jġarrbu l-ansjetà, Ġeħova qal lill-profeta tiegħu: “Għidu lil dawk b’qalbhom imbeżżgħa: ‘Agħmlu l-ħila, la tibżgħux! Araw, Alla tagħkom ġej jitħallas; il-ħlas taʼ Alla wasal; Hu stess ġej biex isalvakom.’” (Isaija 35:4) B’hekk, il-qaddejja taʼ l-Alla l-veru jistgħu jħarsu ’l quddiem b’fiduċja sħiħa. (Filippin 4:6, 7) Dawk li kellhom bilfors jgħixu fil-biżaʼ jitfarrġu ferm meta jkunu jafu li Ġeħova m’abbandunax l-iskop oriġinali tiegħu li l-art tkun mimlija b’nies li jafuh u li jimitaw il-kwalitajiet taʼ mħabba tiegħu.—Ġenesi 1:26-28; Isaija 11:9.
Aħna nafu li xejn ma se jżomm lil Ġeħova milli jwettaq l-iskopijiet taʼ mħabba li hu għandu għall-umanità. (Isaija 55:10, 11; Rumani 8:35-39) Meta nifhmu dan, il-kliem taʼ Salm magħruf sew jieħu tifsira speċjali. Hemmhekk naqraw: “Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi. . . . hu jrejjaqni. Imexxini fit-triq tas-sewwa minħabba l-isem tiegħu. Mqar jekk nimxi f’wied mudlam, ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi.” (Salm 23:1-4) Għalkemm dawn iż-żminijiet tal-biżaʼ jistgħu jmorru għall-agħar, dinja ħielsa mill-biżaʼ hija qrib u żgur li se tiġi.
[Noti taʼ taħt]
^ Biex tkun taf dwar ċirkustanzi meta separazzjoni minn sieħeb fiż-żwieġ tkun fi qbil mal-prinċipji tal-Bibbja, ara Stenbaħ! tat-8 taʼ Frar, 2002, paġna 10.
^ Rigward il-vittmi taʼ vjolenza fid-dar, ara l-Awake! tat-8 taʼ Novembru, 2001, paġni 3-12, u l-Awake! tat-8 taʼ Frar, 1993, paġni 3-14.
[Stampi f’paġna 8-10]
Alla dalwaqt se jġib dinja ħielsa mill-biżaʼ