Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ġliba Ħut

Ġliba Ħut

Ġiet Disinjata?

● L-​aċċidenti tal-​karozzi joqtlu iktar minn miljun ruħ u bejn wieħed u ieħor 50 miljun oħrajn iweġġgħu fihom kull sena. Madankollu, miljuni taʼ ħut jistgħu jgħumu flimkien fi ġliba, jew qatgħa, u kważi ħadd minnhom ma jaħbat. Il-​ħut kif jirnexxilu jagħmel dan, u x’jistaʼ jgħallimna dwar kif innaqqsu l-​ħbit bil-​karozzi?

Ikkunsidra: Ħut li jgħum fi qtajjaʼ jitgħallem x’hemm madwaru permezz t’għajnejh u organu speċjali li jħoss bih imsejjaħ il-​linja laterali. Hu juża dawn is-​sensi sabiex ikun jaf fejn qiegħed ħut ieħor madwaru, imbagħad ikun jistaʼ jaġixxi kif ġej:

1: Jivvjaġġa maġenb xulxin. Il-​ħut jgħum bl-​istess ħeffa tal-​ħut taʼ maġenbu u jżomm id-​distanza tiegħu minnu.

2: Jersaq qrib. Hu jersaq eqreb lejn ħut ieħor li jkun iktar ’il bogħod minnu.

3: Jevita li jaħbat. Hu jibdel id-​direzzjoni biex jevita li jmiss maʼ ħut ieħor.

Manifattur tal-​karozzi Ġappuniżi uża din l-​imġiba taʼ ħut li jgħum fi ġliba biex jivvinta diversi karozzi ċkejknin li jaħdmu b’mod awtomatiku u li jistgħu jivvjaġġaw flimkien mingħajr ma jaħbtu. Minflok l-​għajnejn, il-​karozzi jaħdmu b’sistema elettronika; minflok il-​linja laterali, jaħdmu b’lejżer li jikkalkula d-​distanza minn oħrajn. Il-​kumpanija temmen li din it-​teknoloġija se tgħinhom joħolqu karozzi “li ma jistgħux jaħbtu” u “li jikkontribwixxu biex ikun hemm ambjent għas-​sewqan bla tinġis u ħieles mill-​konġestjoni tat-​traffiku.”

“Aħna ħloqna mill-​ġdid l-​imġiba taʼ ġliba ħut [billi] użajna bis-​sħiħ teknoloġiji elettroniċi moderni,” jgħid Toshiyuki Andou, l-​inġinier prinċipali tal-​proġett tal-​karozzi. “Aħna, li ngħixu f’dinja bil-​karozzi, għandna ħafna x’nitgħallmu mill-​imġiba taʼ ġliba ħut.”

Int x’taħseb? Kien il-​ħut li jgħum fi ġliba r-​riżultat taʼ xi proċess bla ħsieb? Jew ġie disinjat?

[Stampa/Sors f’paġna 19]

Ħut: © Ralf Kiefner/age fotostock