Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

 Pajjiżi u Popli

Żjara fil-Kamerun

Żjara fil-Kamerun

IL-BAKA—magħrufin ukoll bħala Pigmej—x’aktarx li kienu l-ewwel abitanti tal-Kamerun. Imbagħad, fis-seklu 16, waslu l-Portugiżi. Diversi mijiet taʼ snin wara, il-Fulani—poplu Iżlamiku—ikkonkwistaw it-Tramuntana tal-Kamerun. Illum, 40 fil-mija mill-abitanti tal-Kamerun isostnu li huma Kristjani, 20 fil-mija huma Musulmani, u l-40 fil-mija li jifdal jipprattikaw reliġjonijiet Afrikani tradizzjonali.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova ppubblikaw letteratura bbażata fuq il-Bibbja bil-lingwa Bassa, lingwa mitkellma fil-Kamerun

In-nies li jgħixu fl-inħawi rurali tal-Kamerun huma b’mod partikulari ospitabbli. Dawk li jżuruhom jiġu milqugħin u jingħataw merħba ġod-dar, fejn jiġu servuti ilma u ikel. Jekk wieħed jirrifjuta l-ospitalità tal-inkwilin, dan jitqies bħala insult, filwaqt li jekk wieħed jaċċetta l-offerta, dan ikun kumpliment.

Il-konversazzjoni tibda billi wieħed jagħti merħba lill-membri tal-familja u jistaqsihom kif inhuma. Hija d-drawwa wkoll li dak li jkun jistaqsi kif inhuma l-annimali! “Meta mistieden iħalli lil dawk li jkunu fid-dar,  ma jkunx biżżejjed li jgħid, ‘Saħħa,’” jgħid Joseph, li twieled il-Kamerun. “Spiss, dak li jistieden lil xi ħadd jakkumpanjah biċċa mit-triq u jkompli jitkellem miegħu. Imbagħad, f’ħin minnhom, hu jsellem lill-mistieden u jmur lura d-dar. Mistieden li ma jiġix trattat b’dan il-mod għandu mnejn ma jħossux apprezzat.”

Il-kenuri huma komuni fis-Sanaga River. Il-qlugħ isiru minn kwalunkwe materjal li jkun disponibbli

Waqt l-ikel, xi drabi grupp taʼ ħbieb jieklu mill-istess platt—kultant b’idejhom. Fil-Kamerun, din id-drawwa hi simbolu qawwi taʼ unità. Fil-fatt, ġieli ntużat biex tgħaqqad flimkien nies li, għal xi raġuni jew oħra, il-ħbiberija tagħhom tkun iddgħajfet. F’ċertu sens, permezz taʼ ikla bħal din ikunu bħallikieku qed jgħidu, “Issa għamilna paċi.”

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova, il-pubblikaturi taʼ din ir-rivista, huma organizzati f’iktar minn 300 kongregazzjoni fil-Kamerun u jikkonduċu bejn wieħed u ieħor 65,000 studju tal-Bibbja f’dan il-pajjiż