ĠIE DISINJAT?
Il-musbieħ tal-Photuris firefly
IL-MUSBIEĦ, jew l-organu tad-dawl, taʼ firefly partikulari tal-ispeċi Photuris hu miksi bi qxur imrikkeb li jżid mhux ħażin il-qawwa tad-dawl li jipproduċi l-insett. *
Ikkunsidra: Ir-riċerkaturi sabu li l-qxur ċkejken fuq il-wiċċ tal-musbieħ taʼ xi wħud minn dawn il-fireflies jifforma disinn immewweġ, li jixbah il-qxur tal-ħut, waħda mrikkba fuq l-oħra. Il-qxur jixxaqleb ’il fuq minn naħa waħda bi tliet mikrometri biss—inqas minn waħda minn għoxrin tal-ħxuna taʼ xagħra umana. Madankollu, dan ix-xaqlib żgħir jippermetti li l-musbieħ jiddi b’qawwa taʼ kważi 50 fil-mija iktar milli kien li kieku l-qxur kien jifforma wiċċ lixx!
Jistaʼ dan il-konċett iżid l-effiċjenza tad-dajowds li jarmu d-dawl (LEDs) u li jintużaw f’apparat elettroniku? Biex jiċċekkjaw, ix-xjentisti ksew l-LEDs b’wiċċ immewweġ li jixbah lil dak tal-musbieħ taʼ dan l-insett. X’kien ir-riżultat? L-LEDs tefgħu sa 55 fil-mija iktar dawl! Il-fiżiku Annick Bay tgħid: “L-iktar aspett importanti taʼ dan ix-xogħol hu li juri kemm nistgħu nitgħallmu billi nosservaw in-natura b’attenzjoni.”
Int x’taħseb? Il-musbieħ tal-Photuris firefly ġie bl-evoluzzjoni? Jew ġie disinjat?
^ par. 3 Ix-xjentisti ma studjawx l-ispeċi kollha taʼ dawn il-fireflies.