Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ħarsa lejn id-dinja

Ħarsa lejn id-dinja

L-​Asja tax-​Xlokk

Skont il-​World Wildlife Fund, bejn l-​1997 u l-​2011, ġew identifikati ħafna speċi ġodda taʼ pjanti u annimali, inkluż serp b’għajnejn ħomor (Trimeresurus rubeus) fil-​Greater Mekong, reġjun li jkopri l-​Kambodja, il-​Laos, il-​Mjanmar, it-​Tajlandja, il-​Vjetnam, u l-​provinċja taʼ Yunnan, iċ-​Ċina. Mill-​ispeċi misjubin fl-​2011 biss, kien hemm 82 pjanta, 21 rettili, 13-​il ħuta, 5 anfibji, u 5 mammali.

L-​Ewropa

It-​traffikar tal-​bnedmin sar problema serja fl-​“Unjoni Ewropea kollha,” jgħid rapport f’The Moscow Times. In-​nies jinbiegħu għal esplojtazzjoni sesswali, xogħol forzat, u anke “kummerċ illegali tal-​organi umani.” It-​traffikanti jieħdu vantaġġ mill-​faqar, il-​qgħad, u l-​inugwaljanza tas-​sessi.

In-​New Zealand

Riċerkaturi investigaw kemm it-​tfal u l-​adoloxxenti jqattgħu ħin quddiem it-​TV. Huma sabu li l-​ħin żejjed li jitqattaʼ quddiem it-​TV hu “assoċjat maż-​żieda t’aġir antisoċjali qabel ma jsiru adulti.” Ir-​riċerkaturi jgħidu li s-​sejbiet tagħhom jappoġġaw il-​parir li t-​tfal għandhom jaraw “mhux iktar minn siegħa sa sagħtejn taʼ programmi taʼ kwalità kuljum.”

L-​Alaska

Kważi “l-​irħula tal-​Indiġeni tal-​Alaska” kollha jinsabu mal-​kosta jew maġenb ix-​xmajjar, u 86 fil-​mija minn dawn l-​irħula qed jiġu effettwati minn għargħar u erożjoni. Ir-​rapporti jindikaw li t-​temperaturi li qed jogħlew qed iwasslu biex silġ li jipprovdi protezzjoni fuq ix-​xtut ma jitrabbiex, u l-​irħula qed jibqgħu iktar esposti għall-​maltempati tal-​ħarifa.

Id-​Dinja

Minkejja li saru investimenti kbar f’teknoloġiji taʼ enerġija nadifa, bħalma hi dik solari u tar-​riħ, “junit medju taʼ enerġija prodotta llum hu bażikament maħmuġ daqs kemm kien 20 sena ilu,” tgħid Maria van der Hoeven, direttriċi esekuttiva tal-​International Energy Agency.