Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

 PAJJIŻI U POPLI | L-IRLANDA

Żjara fl-Irlanda

Żjara fl-Irlanda

L-IRLANDA hi magħmula minn żewġ pajjiżi: l-ikbar wieħed hu r-Repubblika tal-Irlanda li hu indipendenti, u l-ieħor hu l-Irlanda ta’ Fuq, li hu parti mir-Renju Unit.

Giant’s Causeway

L-Irlanda hi magħrufa bħala l-“Emerald Isle” (jiġifieri gżira tal-iżmerald) għax tagħmel ħafna xita, u b’hekk hemm ħafna ħdura. L-għadajjar u x-xmajjar mill-isbaħ flimkien mal-irdum u l-għoljiet żgħar ikomplu jsebbħuha.

Dar b’saqaf tat-tiben

L-Irlandiżi ssaportew ħafna diffikultajiet. Pereżempju, xi wħud jikkalkulaw li bejn wieħed u ieħor mill-1845 sal-1851, mietu xi miljun ruħ bil-ġuħ u l-mard li kien hemm minħabba li l-għelieqi tal-patata ġew impestati b’fungu. Biex jevitaw il-faqar kbir li waqa’ fil-pajjiż, ħafna emigraw lejn pajjiżi bħall-Awstralja, il-Britannja, l-Istati Uniti, u l-Kanada. Illum, hemm xi 35 miljun Amerikan li għandhom dixxendenza Irlandiża.

L-Irlandiżi huma magħrufin għall-qalb tajba u l-ospitalità li juru. Xi wħud mill-passatempi favoriti tagħhom huma: horse riding u sports bħal cricket, rugby, futbol, u futbol Irlandiż. In-nisa b’mod partikulari  jħobbu l-isport imsejjaħ camogie, li hu simili għal field hockey.

Barra minn hekk, in-nies tal-Irlanda jħobbu jitkellmu man-nies u jitgħaxxqu bil-mużika. Iż-żfin Irlandiż huwa magħruf mad-dinja kollha. Iż-żeffiena jżommu l-parti ta’ fuq ta’ ġisimhom dritt dritt waqt li jagħmlu passi mgħaġġlin u preċiżi.

Band Irlandiża

Ilhom ’il fuq minn 100 sena x-Xhieda ta’ Ġeħova fl-Irlanda. Bħalissa, hemm iktar minn 6,000 Xhud li qegħdin jgħixu hemm u li huma attivi f’li jgħallmu l-Bibbja.

Mużika tradizzjonali Irlandiża tuża strumenti bħal dawn murijin hawn fuq, mix-xellug għal-lemin: l-arpa Irlandiża, il-bagpipes Irlandiżi, il-vjolin, l-organett, il-flawt tal-landa, u l-bodhran (tanbur).

KONT TAF?

Il-Giant’s Causeway, li jinsab lejn it-Tramuntana tal-Irlanda ta’ Fuq, fih eluf ta’ kolonni tal-bażalt li fformaw meta l-lava mdewba kesħet hekk kif messet mal-baħar.