Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

SUĠĠETT PRINĊIPALI | IL-​BIBBJA GĦADHA TGĦODD GĦAL ŻMIENNA?

Valuri li dejjem japplikaw għal kulħadd—Ir-​rażan

Valuri li dejjem japplikaw għal kulħadd—Ir-​rażan

PRINĊIPJU BIBLIKU: “L-​istupidu jisfoga r-​rabja għalkollox, imma l-​għaref iżomm kalm sa l-​aħħar.”Proverbji 29:11.

“Inħossni qisni rxoxtajt mill-​mewt!”

IL-​BENEFIĊĊJI: Kieku kellek tikteb il-​benefiċċji kollha tar-​rażan, kien ikollok bżonn riżmi taʼ karti! Din il-​kwalità tipproteġilna s-​saħħa fiżika. “Qalb kalma hija l-​ħajja [jew, is-​saħħa] tal-​ġisem,” tgħid il-​Bibbja. Tgħid ukoll li “qalb ferriħija tajba biex tfejjaq.” (Proverbji 14:30; 17:22) Għall-​kuntrarju, xi studji juru li nies li għandhom tendenza li jirrabjaw u jkunu ostili jżidu r-​riskju tal-​mard, speċjalment dak tal-​qalb. M’għandniex xi ngħidu, il-​benefiċċji tar-​rażan jeffettwaw iktar minn saħħa fiżika biss.

Cassius, li issa għandu mat-​30 sena jiftakar: “Kont nargumenta u kienet taqbiżli malajr, u spiss qbadt nagħti. Rispett għalija nnifsi ftit li xejn kelli. Imma dan kollu nbidel meta bdejt napplika l-​prinċipji Bibliċi. Tgħallimt nikkontrolla t-​tempra tiegħi, nikkultiva l-​umiltà, u li nkun lest li naħfer. Li kieku m’għamiltx dan, stajt spiċċajt il-​ħabs. Tabilħaqq, inħossni qisni rxoxtajt mill-​mewt!”

Cassius tgħallem jikkontrolla t-​tempra tiegħu u kien lest li jaħfer