Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

F’DINJA TAL-​BIŻAʼ

4 | Ħares Lejn il-​Futur b’Tama

4 | Ħares Lejn il-​Futur b’Tama

GĦALA HU IMPORTANTI?

L-​ansjetà minħabba l-​problemi li hawn tistaʼ teffettwa s-​saħħa tan-​nies u kif iħossuhom. Ħafna nies li jkunu għaddew minn dawn is-​sitwazzjonijiet jaħsbu li l-​affarijiet qatt mhu se jmorru għall-​aħjar. Allura x’jagħmlu?

  • Ħafna lanqas biss ikunu jridu jaħsbu dwar il-​futur.

  • Oħrajn jixorbu jew jieħdu d-​drogi biex ma jaħsbux dwar il-​problemi tagħhom.

  • Xi nies jaħsbu li mhux worth it jibqgħu jgħixu, allura jaħsbu biex jagħmlu suwiċidju.

X’Għandek Tkun Taf?

  • Xi problemi li qed tiffaċċja forsi mhux se jibqgħu għal dejjem u jistgħu jinbidlu għall-​aħjar meta ma tkunx qed tistenna.

  • Anki jekk ma tkun tistaʼ tagħmel xejn dwar il-​problema li għandek, hemm affarijiet li jistgħu jgħinuk tissaporti.

  • Il-​Bibbja twegħedna soluzzjoni għall-​problemi kollha li hawn fid-​dinja.

X’Tistaʼ Tagħmel minn Issa?

Il-​Bibbja tgħid: ‘Qatt tkunu ansjużi dwar l-​għada, għax l-​għada se jkollu l-​ansjetajiet tiegħu. Hu biżżejjed għal kull ġurnata l-​inkwiet tagħha.’—Mattew 6:34.

Ħudha ġurnata b’ġurnata. Tinkwetax ħafna dwar il-​futur tant li ma tkunx tistaʼ tagħmel l-​affarijiet li għandek tagħmel.

Tinkwetax dwar affarijiet li jistgħu ma jiġrux, inkella se jkollok iżjed stress u ma tibqax pożittiv dwar il-​futur.

Il-​Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ

Raġel fi żmien il-​Bibbja darba talab lil Alla: “Kelmtek musbieħ għal sieqi, u dawl għal triqti.” (Salm 119:105) Ara kif il-​Bibbja hi bħal lampa.

Billejl, lampa tgħinek tara fejn qed timxi. Bl-​istess mod, il-​Bibbja fiha pariri tajbin li jgħinuna nieħdu deċiżjonijiet diffiċli.

Id-​dawl jistaʼ jurina wkoll x’hemm quddiemna. B’mod simili, il-​Bibbja tistaʼ turina x’hemm sabiħ fil-​futur.