Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Agħmel Ħbieb ma’ Nies Differenti Minnek

Agħmel Ħbieb ma’ Nies Differenti Minnek

Il-​Problema

Jekk inwarrbu nies minn gruppi li ma jogħġbuniex, nistgħu nibdew nuru iżjed preġudizzju. U jekk nagħmlu ħbieb biss maʼ dawk li jogħġbuna, nistgħu nibdew naħsbu li l-​mod taʼ kif naħsbuha, inħossuna, u naġixxu hu l-​uniku mod aċċettabbli.

Prinċipju mill-​Bibbja

“Wessgħu qalbkom.”—2 KORINTIN 6:13.

Xi jfisser? “Il-​qalb” tagħna tistaʼ tirreferi għall-​emozzjonijiet u l-​affezzjonijiet tagħna. Jekk twessaʼ qalbek għal nies li huma bħalek biss, tkun qed tillimita l-​emozzjonijiet u l-​affezzjonijiet tiegħek. Biex nevitaw din il-​problema, irridu nkunu lesti biex nagħmlu ħbieb maʼ dawk li huma differenti minna.

Li Nagħmluha maʼ Nies Differenti Minna Kif Se Jgħinna?

Meta nsiru nafu lil oħrajn b’mod personali, aħna nibdew nifhmu għala jagħmlu l-​affarijiet differenti. U meta nibdew inħobbuhom, ninsew li huma differenti minna. Dan iwassalna biex napprezzawhom iżjed, u nibdew nifirħu u nibku magħhom.

Ejja naraw l-​eżempju taʼ Nazaré. Darba kienet preġudikata kontra l-​immigranti. Hi tispjega x’għenha: “Jien qattajt il-​ħin magħhom u ħdimt magħhom. Iltqajt maʼ nies li kienu propju l-​oppost taʼ dak li l-​bqija tan-​nies qalu dwarhom. Ladarba tagħmel ħbieb minn kulturi differenti, inti titgħallem ma tittimbrahomx, u tibda tħobbhom u tapprezzahom bħala individwi.”

Dak li Tistaʼ Tagħmel

Sib opportunitajiet biex titkellem maʼ nies li huma minn pajjiż, grupp etniku, jew lingwa differenti minn tiegħek. Int tistaʼ:

  • Issaqsihom xi ħaġa dwarhom stess.

  • Tistidinhom jieklu miegħek.

  • Tismaʼ sew x’jgħidulek dwar il-​ħajja tagħhom u tara x’inhu importanti għalihom.

Jekk tipprova tifhem kif l-​esperjenzi tagħhom ifformawlhom il-​personalità, int forsi jibda jkollok attitudni pożittiva lejn nies minn dan il-​grupp.