X’Tgħidilna l-Bibbja
“Dan hu rakkont storiku tas-smewwiet u l-art meta nħolqu.” (Ġenesi 2:4) Hawnhekk, il-Bibbja tispjega kif il-pjaneta tagħna bdiet teżisti. Dak li tgħid il-Bibbja, jaqbel ma li jgħidu x-xjentisti? Ejja naraw xi eżempji.
L-univers minn dejjem kien jeżisti?
Ġenesi 1:1 jgħid: “Fil-bidu Alla ħalaq is-smewwiet u l-art.”
Sa madwar l-1950, ħafna xjentisti importanti kienu jemmnu li l-univers minn dejjem kien jeżisti. Imma minn dak li qed isiru jafu dan l-aħħar, ħafna xjentisti qed jammettu li l-univers kellu bidu.
Id-dinja kif kienet tidher fil-bidu?
Ġenesi 1: 2, 9 jgħid li meta d-dinja nħalqet fil-bidu kienet “bla forma u ma kien fiha xejn,” u kienet mgħottija bl-ilma.
Ix-xjentisti jaqblu maʼ dik l-ispjegazzjoni. Il-Biologist Patrick Shih jgħid li l-pjaneta tagħna fil-bidu “kienet bla ossiġnu . . . u tidher stramba ħafna.” Il-magazine Astronomy jgħid: “Dan l-aħħar sabu li fil-bidu d-dinja setgħet kienet mgħottija bl-ilma u li ma tantx kien fiha art.”
L-atmosfera tagħna kif inbidlet maż-żmien?
Ġenesi 1:3-5 juri li fil-bidu, id-dawl kien jidħol fl-atmosfera imma x-xemx u l-qamar ma kinux jidhru mill-art. Iktar tard, ix-xemx u l-qamar setgħu jidhru ċar.—Ġenesi 1:14-18.
Il-Bibbja ma tgħidx li l-ħajja kollha fid-dinja inħalqet f’sitt ijiem taʼ 24 siegħa
The Smithsonian Environmental Research Center jgħid li fil-bidu ftit dawl kien jilħaq l-art mill-atmosfera. Fil-bidu, l-art kienet mgħottija bi ċpar oħxon taʼ gass jismu methane. Imbagħad, il-gass telaq u s-sema bdiet tidher blu.
Il-ħajja fuq l-art bdiet teżisti kollha fl-istess ħin?
Ġenesi 1:20-27 jgħid li l-affarijiet inħalqu b’din l-ordni: il-ħut, l-għasafar, l-annimali tal-art, u fl-aħħar in-nies. Ix-xjentisti jemmnu li l-ewwel ħut beda jeżisti ħafna qabel l-ewwel annimali. U n-nies bdew jeżistu ħafna iktar wara l-ewwel annimali.
Il-Bibbja ma tgħidx li affarijiet ħajjin ma jistgħux jinbidlu maż-żmien
Ideat Żbaljati Dwar X’Tgħid il-Bibbja
Ħafna nies jgħidu li dak li tgħid il-Bibbja huwa differenti minn dak li sabu x-xjentisti. Imma ħafna nies jgħidu hekk għax ma jifhmux eżatt x’tgħid il-Bibbja.
Il-Bibbja ma tgħidx li l-univers jew id-dinja ilhom jeżistu 6,000 sena biss. Minflok, hi kulma tgħid li l-art u l-univers inħalqu “fil-bidu.” (Ġenesi 1:1) Il-Bibbja ma tgħidx eżatt kemm ilhom li nħalqu.
Il-Bibbja ma tgħidx li kull ħaġa ħajja li hawn fuq l-art inħalqet f’sitt ijiem taʼ 24 siegħa. Minflok, il-Bibbja tuża l-kelma ‘ġurnata’ biex tirreferi għal perjodu taʼ żmien. Pereżempju, hi tgħid li meta l-pjaneta tagħna u l-ħajja li hemm fiha nħalqu, kien “dakinhar li Alla Ġeħova a għamel l-art u s-sema.” (Ġenesi 2:4) Dan il-perjodu jinkludi s-sitt ijiem taʼ ħolqien li jitkellem fuqhom Ġenesi kapitlu 1. Allura, kull ġurnata mis-sitt ijiem taʼ ħolqien tistaʼ tkun perjodu taʼ żmien twil ħafna.
Il-Bibbja ma tgħidx li affarijiet ħajjin ma jistgħux jinbidlu maż-żmien. Il-ktieb taʼ Ġenesi jgħid li l-annimali ġew maħluqin “skond ġenshom,” jiġifieri skont it-tip tagħhom. (Ġenesi 1:24, 25) Il-kelma ‘ġens’ li tuża l-Bibbja ma tirreferix għal speċi waħda. Allura, ‘ġens’ wieħed jistaʼ jinkludi speċi jew varjazzjonijiet differenti tiegħu. Din il-kelma tagħmilha possibbli li f’ġens wieħed maż-żmien jistaʼ jkun hemm bidliet u varjetà differenti.
Inti x’taħseb?
Bħalma rajna, il-Bibbja tispjega b’mod ċar u eżatt kif beda l-univers, kif kienet tidher id-dinja fil-bidu, u kif bdiet il-ħajja. Mela, jistaʼ jkun ukoll li l-Bibbja tgħidilna eżatt min ħalaq dawn l-affarijiet kollha? L-Encyclopædia Britannica tgħid: “L-idea li l-ħajja ġiet minn xi ħadd iżjed qawwi u intelliġenti minna taqbel maʼ dak li qed isibu x-xjentisti llum il-ġurnata.” b