Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Fejn Tistaʼ Ssib Gwida taʼ Min Joqgħod Fuqha Llum?

Fejn Tistaʼ Ssib Gwida taʼ Min Joqgħod Fuqha Llum?

Minħabba li d-dinja l-ħin kollu tinbidel, kif tistaʼ tkun ċert li d-deċiżjonijiet li tieħu se jagħmluk ferħan? Kif tistaʼ tkun ċert li dak li hu tajjeb illum se jibqaʼ tajjeb għada?

Il-Bibbja tistaʼ tgħinek tieħu deċiżjonijiet li qatt ma jiddispjaċik li ħadthom. Għala? Il-Bibbja ġejja mingħand il-Wieħed li ħalaqna u hu jaf x’għandna bżonn biex inkunu ferħanin u nħossuna fil-paċi.

“Hu qallek . . . x’inhu tajjeb.”—Mikea 6:8.

Aħna nistgħu nafdaw l-għerf li nsibu fil-Bibbja għax hu ‘dejjem taʼ min joqgħod fuqu, issa u għal dejjem.’—Salm 111:8.

Għax ma tarax kif il-Bibbja tistaʼ tgħinek f’din id-dinja li dejjem qed tinbidel?