IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU Ottubru 2013

Din il-ħarġa teżamina evidenza mill-ħolqien li tirrivela l-qawwa u l-għerf tal-Ħallieq tagħna. Ukoll, tgħallem kif nistgħu naġixxu fi qbil ma’ talba kollha mħabba ta’ Ġesù.

Offrew Lilhom Infushom Minn Rajhom fil-Filippini

Sir af x’qanqal lil uħud jitilqu l-impjiegi, ibigħu l-affarijiet, u jmorru jgħixu fi nħawi iżolati fil-Filippini.

Il-Ħolqien Jirrivela lill-Alla l-Ħaj

Tgħallem kif nistgħu ngħinu lil oħrajn jifhmu l-verità dwar il-Ħallieq u fl-istess ħin insaħħu l-fidi tagħna stess fih.

“Tjassru Għal Ġeħova”

Kif nistgħu nevitaw li nsiru lsiera ta’ Satana? Liema barkiet jiġu meta wieħed ikun ilsir ta’ Ġeħova u jaqdih lealment?

BIJOGRAFIJA

Kien Premjanti li Striħajna fuq Ġeħova

Kemm Malcolm u kemm Grace Allen qdew lil Ġeħova għal iktar minn 75 sena. Aqra dwar kif tgħallmu li Ġeħova jbierek lil dawk li jistrieħu fuqu.

Lezzjonijiet Minn Talba Mħejjija Sew

X’nistgħu nitgħallmu mit-talba tal-Leviti? Kif nistgħu nagħmlu t-talb tagħna iktar sinifikanti?

Aġixxi fi Qbil mat-Talba Kollha Mħabba ta’ Ġesù

Meta talab, Ġesù poġġa r-rieda ta’ Ġeħova qabel ir-rikjesti persunali tiegħu. Kif nistgħu naġixxu fi qbil mat-talba tiegħu?

Tista’ Tirsisti Iktar Biex Twissi lil Oħrajn?

Sir af kif xi wħud ħadu vantaġġ minn kull opportunità biex jagħtu xhieda fil-pubbliku fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.