Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

It-Tielet Ħrafa: In-Nies Tajbin Kollha Jmorru fis-Sema

It-Tielet Ħrafa: In-Nies Tajbin Kollha Jmorru fis-Sema

Kif bdiet il-ħrafa?

Wara li mietu l-appostli taʼ Ġesù, sal-bidu tat-tieni seklu E.K., Missirijiet il-Knisja tal-bidu saru prominenti. In-New Catholic Encyclopedia (2003), Volume 6, f’paġna 687 tgħid dan dwar it-tagħlim tagħhom: “It-tendenza popolari tat-tagħlim kienet li l-hena tas-sema jingħata lir-ruħ mingħajr il-ġisem immedjatament wara kwalunkwe purifikazzjoni li tkun neċessarja wara l-mewt.”

Il-Bibbja x’tgħid?

“Henjin il-ġwejdin, għax għad jirtu l-art.”Mattew 5:5.

Għalkemm Ġesù wiegħed lid-dixxipli tiegħu li kellu ‘jħejji post’ għalihom fis-sema, hu indika li mhux in-nies sewwa kollha jmorru hemmhekk. (Ġwanni 3:13; 14:2, 3) Ma talabx hu li r-rieda t’Alla ssir “kif fis-sema, ukoll fuq l-art”? (Mattew 6:9, 10) Fir-realtà, in-nies sewwa hemm jistenniehom wieħed minn żewġ destini. Numru żgħir minnhom se jaħkmu maʼ Kristu fis-sema, imma l-maġġuranza se jgħixu għal dejjem fuq l-art.—Rivelazzjoni 5:10.

Maż-żmien, il-knisja tal-bidu biddlet il-ħarsa tagħha dwar l-irwol li kellha fuq l-art. X’kien ir-riżultat? “Il-knisja istituzzjonali ftit ftit ħadet post is-Saltna t’Alla li kienet mistennija,” tgħid The New Encyclopædia Britannica. Il-knisja bdiet issaħħaħ il-qawwa tagħha billi bdiet tinvolvi ruħha fil-politika, u b’hekk injorat l-istqarrijiet espliċiti taʼ Ġesù li s-segwaċi tiegħu ma kellhom ikunu ebda “parti mid-dinja.” (Ġwanni 15:19; 17:14-16; 18:36) Billi kienet influwenzata minn Kostantinu, l-Imperatur Ruman, il-knisja kkompromettiet ftit mit-twemmin tagħha u wieħed minnhom kien jinvolvi l-istess natura t’Alla.

Qabbel dawn il-versi Bibliċi: Salm 37:10, 11, 29; Ġwanni 17:3; 2 Timotju 2:11, 12

FATT:

Il-maġġuranza min-nies tajbin se jgħixu għal dejjem fuq l-art—mhux fis-sema