Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Kif beda jeżisti x-Xitan?
Alla ma ħalaqx lix-Xitan. Minflok, Alla ħalaq ’l-anġlu li iktar tard sar ix-Xitan, magħruf ukoll bħala Satana. Ġesù ta x’jifhem li xi darba x-Xitan kien iħobb il-verità u kien bla ħtija. Mela, oriġinarjament ix-Xitan kien iben anġeliku tajjeb t’Alla.—Aqra Ġwanni 8:44.
Kif setaʼ anġlu jsir ix-Xitan?
L-anġlu li sar ix-Xitan għażel li jopponi ’l Alla u xewwex lill-ewwel koppja umana biex jingħaqdu miegħu. Għaldaqstant, għamel lilu nnifsu Satana, li tfisser “Wieħed li jopponi.”—Aqra Ġenesi 3:1-5; Rivelazzjoni 12:9.
Bħall-kumplament tal-kreaturi intelliġenti t’Alla, l-anġlu li sar ix-Xitan kellu l-libertà li jagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin, imma hu żviluppa xewqa li jkun meqjum. Ix-xewqa tiegħu għall-glorja kienet iktar qawwija minn dik li jogħġob ’l Alla.—Aqra Mattew 4:8, 9; Ġakbu 1:13, 14.
Ix-Xitan kif kompla jinfluwenza ’l-umanità? Għandek tibżaʼ minnu? Int tistaʼ ssib it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet fil-Bibbja.