Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
X’inhu Jum il-Ġudizzju?
Fi żminijiet Bibliċi, Alla uża mħallfin biex isalva l-poplu tiegħu mill-inġustizzja. (Imħallfin 2:18) Il-Bibbja tiddeskrivi Jum il-Ġudizzju fil-futur bħala żmien taʼ ferħ meta Ġeħova, l-Imħallef tad-dinja kollha, se jsalva l-bnedmin mill-inġustizzja.—Aqra Salm 96:12, 13; Isaija 26:9.
Alla ħatar lil Ġesù biex jagħmel ġustizzja kemm mal-ħajjin u kemm mal-mejtin. (Atti 10:42; 17:31) Ħafna nies mietu mingħajr ma kienu jafu lil Alla. Matul Jum il-Ġudizzju, Ġesù se jġib nies bħal dawn lura għall-ħajja biex ikunu jistgħu jsiru jafu u jħobbu lill-Alla l-veru.—Aqra Atti 24:15.
Għala Jum il-Ġudizzju se jdum elf sena?
Il-mejtin se jiġu rxoxtati matul l-elf sena. (Rivelazzjoni 20:4, 12) Huma se jkollhom bżonn iż-żmien biex jitgħallmu l-mogħdijiet t’Alla u jobduh. Kuntrarju għal kif jaħsbuha ħafna nies, il-Bibbja turi li n-nies se jiġu ġġudikati skont dak li jagħmlu wara l-irxoxt tagħhom.—Aqra Rumani 6:7.
Il-Bibbja tiddeskrivi wkoll jum taʼ ġudizzju li se jiġri f’daqqa waħda qabel jibdew l-elf sena. Dak il-jum jissejjaħ ukoll it-tmiem. F’dak il-jum, Alla se jneħħi lin-nies kollha li huma bla devozzjoni lejh u li huma mill-agħar. (2 Pietru 3:7) Għalhekk, għandna nieħdu ħsieb biex nagħtu prova li nħobbu lil Alla.—Aqra t-2 Pietru 3:9, 13.