Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

FPG/The Image Bank via Getty Images

IBQAʼ ATTENT!

Il-Gvernijiet Qed Jgħidu li Ġejja Armageddon—X’Tgħid il-Bibbja?

Il-Gvernijiet Qed Jgħidu li Ġejja Armageddon—X’Tgħid il-Bibbja?

 It-Tnejn, 10 t’Ottubru 2022, ir-Russja tefgħet missili fi bliet madwar l-Ukrajna biex tpatti għall-isplużjoni kbira li ġrat jumejn qabel. Din l-isplużjoni għamlet il-ħsara lil bridge importanti li jgħaqqad il-Krimea mar-Russja. Dan ġara ftit wara li xi gvernijiet qalu li dalwaqt ġejja Armageddon.

  •   “Armageddon ilha ma tkun daqshekk viċin minn żmien [il-President tal-Istati Uniti John F.] Kennedy u l-Kriżi tal-Missili f’Kuba. . . . Naħseb li hu impossibbli li tuża arma nukleari u ma tfaqqax Armageddon.”—Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden, 6 t’Ottubru 2022.

  •   “Jien ngħid li dalwaqt se tfaqqaʼ Armageddon, u b’din hemm ir-riskju li taffettwa d-dinja kollha.”—Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky, meta ġie mistoqsi dwar il-konsegwenzi jekk jintużaw l-armi nukleari, BBC News, 8 t’Ottubru 2022.

 Jekk jintużaw l-armi nukleari, tibda Armageddon? X’tgħid il-Bibbja?

L-armi nukleari se jwasslu għal Armageddon?

 Le. Il-kelma “Armageddon” tissemma darba biss fil-Bibbja, f’​Rivelazzjoni 16:16. Din ma tirreferix għal gwerra bejn il-pajjiżi imma għal gwerra bejn Alla u “s-slaten taʼ l-art abitata kollha.” (Rivelazzjoni 16:14) Alla se juża l-gwerra t’Armageddon biex itemm il-mexxejja umani.—Danjel 2:44.

 Biex titgħallem iktar xi tfisser Armageddon aqra l-artiklu X’inhi l-battalja t’Armageddon?

Id-dinja u n-nies se jinqerdu bi gwerra nukleari?

 Le. Għalkemm il-gvernijiet jistgħu jużaw armi nukleari fil-futur, Alla mhux se jħallihom jeqirdu d-dinja. Il-Bibbja tgħid:

  •   “L-art tibqaʼ wieqfa għal dejjem.”—Ekkleżjasti 1:4.

  •   “In-nies sewwa se jirtu l-art, u jgħixu fiha għal dejjem.”—Salm 37:29.

 Imma l-profeziji tal-Bibbja u l-affarijiet li qed jiġru juruna li dalwaqt se jkun hemm bidliet kbar fid-dinja. (Mattew 24:3-7; 2 Timotju 3:1-5) Sir af x’tgħid il-Bibbja dwar il-futur permezz taʼ studju tal-Bibbja b’xejn.