Alla Huwa Biss Forza u Mhux Persuna?
It-tweġiba tal-Bibbja
Alla jeżerċita forza liema bħalha fl-univers kollu. Rigward il-mod kif hu ħalaq il-biljuni bla għadd taʼ kwiekeb, il-Bibbja tgħid: “Erfgħu għajnejkom fl-għoli u araw. Min ħalaqhom dawn l-affarijiet? Dak li qed joħroġ l-armata tal-kwiekeb bin-numru tagħhom u jsejħilhom kollha b’isimhom. Minħabba l-abbundanza t’enerġija attiva, billi għandu wkoll qawwa enerġetika, lanqas waħda minnhom m’hi nieqsa.”—Isaija 40:25, 26.
Iżda Alla hu bil-wisq iktar minn forza qawwija. Il-Bibbja tgħid li hu għandu s-sentimenti, bħalma huma l-imħabba u l-mibegħda. (Salm 11:5; Ġwanni 3:16) Ukoll, din turi li l-mod kif jaġixxu l-bnedmin jistaʼ jeffettwa l-mod kif iħossu Alla.—Salm 78:40, 41.