Mur fil-kontenut

Alla Jgħinni Jekk Nitlob?

Alla Jgħinni Jekk Nitlob?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Iva, Alla jgħin lil dawk li b’mod sinċier jitolbu għal affarijiet li huma fi qbil mar-rieda tiegħu. Anki jekk qatt ma tlabt qabel, l-eżempji mill-Bibbja taʼ dawk li talbu, “Alla, għinni,” jistgħu jinkuraġġuk. Pereżempju:

  •   “Għinni, Mulej, Alla tiegħi; eħlisni skond il-ħniena tiegħek.”—Salm 109:26, Saydon.

  •   “Ninsab fil-bżonn u batut: O Alla, għinni.”—Salm 69:6, Douay Version.

 M’għandniex xi ngħidu, il-kittieb taʼ dan il-kliem kellu fidi qawwija f’Alla. Madankollu, Alla jismaʼ lil kull min idur lejh b’attitudni tajba, bħalma huma dawk taʼ “qalbhom maqsuma” jew “bi spirtu miksur.”—Salm 34:18.

 M’għandekx għalfejn tibżaʼ li Alla hu tant ’il bogħod li ma jimpurtahx mill-problemi tiegħek. Il-Bibbja tgħid: “Ġeħova fl-għoli, u madankollu lill-umli jarah; imma lill-kburi jafu biss mill-bogħod.” (Salm 138:6) Fil-fatt, lid-dixxipli tiegħu, Ġesù darba qalilhom: “Saħansitra x-xagħar taʼ raskom kollu hu magħdud.” (Mattew 10:30) Alla josserva dettalji dwarek li lanqas int m’int konxju tagħhom. Mela kemm iktar se jisimgħek jekk titolbu għall-għajnuna bl-ansjetajiet tiegħek!—1 Pietru 5:7.