Kif Tistaʼ Tegħleb il-Biżaʼ mill-Mewt?
It-tweġiba tal-Bibbja
Aħna bir-raġun nibżgħu mill-mewt bħala għadu u nieħdu passi raġunevoli biex nipproteġu ruħna. (1 Korintin 15:26) Madankollu, min jibżaʼ żżejjed mill-mewt minħabba xi tagħlim falz jew superstizzjoni jkun qed jagħmel lilu nnifsu ‘suġġettat għall-jasar ħajtu kollha.’ (Ebrej 2:15) Li tkun taf il-verità se jeħilsek minn biżaʼ esaġerat mill-mewt—biżaʼ li jistaʼ jisraqlek il-ferħ li tistaʼ tgawdi fil-ħajja.—Ġwanni 8:32.
Il-verità dwar il-mewt
Il-mejtin ma jafu xejn. (Salm 146:4) M’għandekx għalfejn tibżaʼ li se tiġi mweġġaʼ jew itturmentat wara li tmut, għax il-Bibbja tqabbel il-mewt mal-irqad.—Salm 13:3; Ġwanni 11:11-14.
Il-mejtin ma jistgħux iweġġgħuna. Anki għedewwa li qabel kienu vjolenti ħafna huma “bla qawwa fil-mewt.” (Proverbji 21:16) Il-Bibbja tgħid li “l-mibegħda u l-għira tagħhom diġà għabu.”—Ekkleżjasti 9:6.
Il-mewt mhijiex neċessarjament it-tmiem taʼ ħajjitna. Permezz taʼ rxoxt, Alla se jqajjem lin-nies li mietu.—Ġwanni 5:28, 29; Atti 24:15.
Alla jwiegħed żmien meta “ma jkunx hemm iżjed mewt.” (Rivelazzjoni 21:4) Rigward dak il-jum, il-Bibbja tgħid: “Il-ġusti se jirtu l-art, u jgħammru fiha għal dejjem,” meħlusin għalkollox minn kwalunkwe biżaʼ mill-mewt.—Salm 37:29.