Il-Bibbja Tippermettih id-Divorzju?
It-tweġiba tal-Bibbja
Il-Bibbja tippermettih id-divorzju. Madankollu, Ġesù identifika raġuni aċċettabbli waħda biss biex żwieġ jintemm billi qal: “Kulmin jiddivorzja lil martu, ħlief minħabba ż-żína [sess barra ż-żwieġ], u jiżżewweġ oħra jagħmel adulterju.”—Mattew 19:9.
Alla jobgħod divorzju falz u t-tradiment. Hu se jżomm responsabbli personalment lil dawk li għal xejn b’xejn iħallu lis-sieħeb jew is-sieħba tagħhom, speċjalment meta jagħmlu hekk bl-għan li jkollhom sieħeb jew sieħba oħra.—Malakija 2:13-16; Marku 10:9.