Mur fil-kontenut

Intom Għala Tmorru Tħabbtu Bieb Bieb?

Intom Għala Tmorru Tħabbtu Bieb Bieb?

 Ġesù qal lis-segwaċi tiegħu biex ‘imorru u jagħmlu dixxipli min-nies tal-ġnus kollha.’ (Mattew 28:19, 20) Meta bagħat lid-dixxipli tiegħu tal-bidu, Ġesù tahom istruzzjoni biex imorru fid-djar tan-nies. (Mattew 10:7, 11-13) Wara l-mewt taʼ Ġesù, il-Kristjani tal-ewwel seklu komplew ixerrdu l-messaġġ tagħhom “pubblikament u minn dar għal dar.” (Atti 5:42; 20:20) Aħna nsegwu l-eżempju taʼ dawk il-Kristjani tal-bidu u nsibu li l-ministeru minn bieb għal bieb huwa mezz tajjeb kif jintlaħqu n-nies.